+Artikolu 6 Rekwiżiti ġenerali għas-sidien tal-bastimenti
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
|
Artikolu 6 Rekwiżiti ġenerali għas-sidien tal-bastimenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Meta jkunu qed iħejju biex jibagħtu bastiment għar-riċiklaġġ, is-sidien ta’ bastiment għandhom:
(a)
jipprovdu lill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti bl-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-bastiment li tkun meħtieġa għall-iżvilupp tal-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment stipulat fl-Artikolu 7;
(b)
jinnotifikaw bil-miktub lill-amministrazzjoni rilevanti, f’qafas ta’ żmien stipulat minn dik l- amministrazzjoni, bl-intenzjoni li jirriċiklaw il-bastiment f’faċilità jew faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti speċifiċi. In-notifika għandha mill-anqas tinkludi:
(i)
l-inventarju tal-materjali perikolużi; u
(ii)
l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-bastiment prevista taħt il-punt (a).
|
|
Artikolu 6 2.
|
Is-sidien tal-bastimenti għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jkunu ser jiġi rriċiklati:
▼M2
(a)
jiġu rriċiklati biss f’faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jkunu inklużi fil-Lista Ewropea u, fil-każ ta’ bastimenti li huma meqjusa bħala skart perikoluż, ikunu jinsabu f’żona taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru u jkunu esportati mill-Unjoni, f’dawk il-faċilitajiet biss li jkunu inklużi fil-Lista Ewropea li jinsabu f’pajjiżi elenkati fl-Anness VII tal-Konvenzjoni ta’ Basilea;
▼B
(b)
iwettqu operazzjonijiet, fil-perijodu qabel id-dħul fil-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, b’tali mod li jkun imminimizzat l-ammont ta’ residwi ta’ merkanzija, iż-żejt mhux maħdum li jkun għad fadal u l-iskart iġġenerat tal-bastiment li jkun baqa’ abbord;
(c)
ikollhom ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ maħruġ mill-amministrazzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha qabel kwalunkwe riċiklaġġ tal-bastiment u wara li jkunu rċevew il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti approvat f’konformità mal-Artikolu 7(3).
|
|
Artikolu 6 3.
|
Is-sidien tal-bastimenti għandhom jiżguraw li tankers jaslu fil-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti bit-tankijiet tal-kargo u l-kmamar tal-magni f’kundizzjoni li jkunu lesti għaċ-ċertifikazzjoni bħala sikuri għal xogħol f’temperatura għolja.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Is-sidien tal-bastimenti għandhom jipprovdu lill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti b’kopja taċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ maħruġ skont l-Artikolu 9.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu responsabbli mill-bastiment u għandhom jagħmlu l-arranġamenti biex iżommu lil dak il-bastiment f’konformità mar-rekwiżiti tal-amministrazzjoni tal-Istat Membru li tiegħu il-bastiment itajjar il-bandiera sa meta l-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jaċċetta r-responsabbiltà għal dak il-bastiment. L-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jista’ jirrifjuta li jaċċetta l-bastiment għar-riċiklaġġ jekk il-kundizzjoni tal-bastiment ma tikkorispondix sostanzjalment mal-partikularitajiet taċ-ċertifikat tal-inventarju, inkluż fejn il-Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi ma tkunx ġiet miżmuma u aġġornata tajjeb, biex tirrifletti l-bidliet fl-istrutturi u t-tagħmir tal-bastiment. F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-sid tal-bastiment għandu jerfa’ r-responsabbiltà għal dak il-bastiment u għandu jinforma lill-amministrazzjoni ta’ hemmhekk mingħajr dewmien.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|