Artikolu 4
Kontroll ta’ materjali perikolużi
L-installazzjoni jew l-użu ta’ materjali perikolużi msemmija fl-Anness I dwar il-bastimenti għandhom ikunu projbiti jew restritti kif speċifikat fl-Anness I, mingħajr preġudizzjoni għal rekwiżiti oħra rilevanti tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jirrikedu miżuri ulterjuri.