|
+Artikolu 7 2. |
Artikolu 7 2.Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandu:
(a)
ikun żviluppat mill-operatur tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong u li jieħu kont tal-linji gwida rilevanti tal-OMI u tal-informazzjoni rilevanti għall-bastiment provvduta mis-sid tal-bastiment skont l-Artikolu 6(1)(a) sabiex il-kontenut tiegħu ikun konsistenti mal-informazzjoni miżmuma fl-inventarju ta’ materjali perikolużi;
(b)
jikkjarifika jekk u sa liema punt kwalunkwe xogħol preparatorju, bħall-pretrattament, identifikazzjoni ta’ perikli potenzjali u t-tneħħija ta’ ħażniet, ikunx se jseħħ f’post li mhuwiex il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti identifikata fil-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment. Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandu jinkludi l-post fejn ser jitqiegħed il-bastiment matul l-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ u pjan konċiż għall-wasla u t-tqegħid sikur ta’ bastiment speċifiku li jkun ser jiġi riċiklat;
(c)
jinkludi informazzjoni dwar l-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet sikuri għad-dħul u sikuri għal xogħol f’temperatura għolja ta’ bastiment speċifiku, filwaqt li jieħu kont ta’ aspetti bħall-istruttura, il-konfigurazzjoni u l-merkanzija preċedenti tiegħu, u informazzjoni neċessarja oħra dwar kif il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment għandu jiġi implimentat;
(d)
jinkludi informazzjoni dwar it-tip u l-ammont ta’ materjali u ta’ skart perikolużi li ser jiġu ġġenerati mir-riċiklaġġ tal-bastiment speċifiku, inklużi l-materjali u l-iskart identifikati fl-inventarju ta’ materjali perikolużi u kif dawn ser ikunu ttrattati u maħżuna fil-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif ukoll f’faċilitajiet sussegwenti; u
(e)
ikun ippreparat b’mod separat, fil-prinċipju, għal kull faċilità ta’ riċiklaġġ ta’ bastimenti involuti meta tkun ser tintuża aktar minn faċilità waħda, u jidentifika l-ordni ta’ użu u l-attivitajiet awtorizzati li ser iseħħu f’dawk il-faċilitajiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|