+Artikolu 7 Pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.

Artikolu 7 Pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
Pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti li jkun speċifiku għall-bastimenti għandu jkun żviluppat qabel kwalunkwe riċiklaġġ ta’ bastiment. Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment għandu jindirizza kwalunkwe kunsiderazzjoni li mhijiex koperta fil-pjan tal-faċilità tar-riċiklaġġ tal-bastimenti jew li teħtieġ proċeduri speċjali.
Artikolu 7 2.

Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandu:

(a) 

ikun żviluppat mill-operatur tal-faċilità għar-riċiklaġġ tal-bastimenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong u li jieħu kont tal-linji gwida rilevanti tal-OMI u tal-informazzjoni rilevanti għall-bastiment provvduta mis-sid tal-bastiment skont l-Artikolu 6(1)(a) sabiex il-kontenut tiegħu ikun konsistenti mal-informazzjoni miżmuma fl-inventarju ta’ materjali perikolużi;

(b) 

jikkjarifika jekk u sa liema punt kwalunkwe xogħol preparatorju, bħall-pretrattament, identifikazzjoni ta’ perikli potenzjali u t-tneħħija ta’ ħażniet, ikunx se jseħħ f’post li mhuwiex il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti identifikata fil-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment. Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti għandu jinkludi l-post fejn ser jitqiegħed il-bastiment matul l-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ u pjan konċiż għall-wasla u t-tqegħid sikur ta’ bastiment speċifiku li jkun ser jiġi riċiklat;

(c) 

jinkludi informazzjoni dwar l-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet sikuri għad-dħul u sikuri għal xogħol f’temperatura għolja ta’ bastiment speċifiku, filwaqt li jieħu kont ta’ aspetti bħall-istruttura, il-konfigurazzjoni u l-merkanzija preċedenti tiegħu, u informazzjoni neċessarja oħra dwar kif il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment għandu jiġi implimentat;

(d) 

jinkludi informazzjoni dwar it-tip u l-ammont ta’ materjali u ta’ skart perikolużi li ser jiġu ġġenerati mir-riċiklaġġ tal-bastiment speċifiku, inklużi l-materjali u l-iskart identifikati fl-inventarju ta’ materjali perikolużi u kif dawn ser ikunu ttrattati u maħżuna fil-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif ukoll f’faċilitajiet sussegwenti; u

(e) 

ikun ippreparat b’mod separat, fil-prinċipju, għal kull faċilità ta’ riċiklaġġ ta’ bastimenti involuti meta tkun ser tintuża aktar minn faċilità waħda, u jidentifika l-ordni ta’ użu u l-attivitajiet awtorizzati li ser iseħħu f’dawk il-faċilitajiet.

Artikolu 7 3.
Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment għandu jkun taċitament jew espliċitament approvat mill-awtorità kompetenti skont ir-rekwiżiti tal-Istat fejn tkun tinsab il-faċilità ta’ riċiklaġġ ta’ bastimenti, fejn applikabbli.

Għandha tingħata approvazzjoni espliċita meta l-awtorità kompetenti tibgħat notifika bil-miktub tad-deċiżjoni tagħha dwar il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti lill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, lis-sid tal-bastiment u lill-amministrazzjoni.

Għandha titqies li ngħatat approvazzjoni taċita jekk ma tkun ikkomunikata l-ebda oġġezzjoni bil-miktub għall-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti lill-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, is-sid tal-bastiment u l-amministrazzjoni f’perijodu ta’ rieżami stabbilit f’konformità mar-rekwiżiti tal-Istat fejn tkun tinsab il-faċilità ta’ riċiklaġġ ta’ bastimenti, fejn applikabbli, u nnotifikat skont l-Artikolu 15(2)(b).

Artikolu 7 4.

L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-amministrazzjoni tagħhom biex tibgħat lill-awtorità kompetenti tal-istat fejn tinsab il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti l-informazzjoni pprovduta mis-sid tal-bastiment skont l-Artikolu 6(1)(b) u d-dettalji li ġejjin:

(i) 

id-data li fiha ġie rreġistrat il-bastiment fl-Istat li tiegħu itajjar il-bandiera;

(ii) 

in-numru tal-identifikazzjoni tal-bastiment (in-numru OMI);

(iii) 

in-numru tal-buq mal-kunsinna tal-bini l-ġdid;

(iv) 

l-isem u t-tip tal-bastiment;

(v) 

il-port li fih il-bastiment huwa rreġistrat;

(vi) 

l-isem u l-indirizz ta’ sid il-bastiment kif ukoll in-numru ta’ identifikazzjoni OMI tas-sid irreġistrat;

(vii) 

l-isem u l-indirizz tal-kumpannija;

(viii) 

l-isem ta’ kwalunkwe soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni li magħhom il-bastiment ikun ikklassifikat;

(ix) 

il-karatteristiċi ewlenin tal-bastiment (Tul kumplessiv (LOA), Wisa’ (Iffurmata), Fond (Iffurmat), LDT, Tunnellaġġ gross u nett, tip ta’ magna u klassifikazzjoni);

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.