+Artikolu 8 Kontrolli
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
|
Artikolu 8 Kontrolli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Il-kontrolli tal-bastimenti għandhom isiru minn uffiċjali tal-amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Meta l-amministrazzjoni tuża organizzazzjonijiet rikonoxxuti għat-twettiq tal-kontrolli, kif deskritt fil-paragrafu 1, hija għandha, bħala minimu tagħti s-setgħa lil tali organizzazzjonijiet rikonoxxuti biex:
—
jirrikedu li bastiment li jagħmlu kontrolli fuqu jkun konformi ma’ dan ir-Regolament; u
—
iwettqu kontrollijekk mitluba mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Il-bastimenti għandhom ikunu suġġetti għall-kontrolli li ġejjin:
|
|
Artikolu 8 4.
|
Il-kontroll inizjali ta’ bastiment ġdid għandu jitwettaq qabel il-bastiment jibda s-servizz jew qabel jinħareġ iċ-ċertifikat tal-inventarju. Għal bastimenti eżistenti, għandu jitwettaq kontroll inizjali sal-31 ta’ Diċembru 2020. Il-kontroll għandu jivverifika li Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Il-kontroll ta’ tiġdid għandu jitwettaq f’intervalli speċifikati mill-amministrazzjoni li ma għandhomx jaqbżu l-ħames snin. Il-kontroll ta’ tiġdid għandu jivverifika li Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Il-kontroll addizzjonali, kemm ġenerali jew parzjali skont iċ-ċirkustanzi, għandu jitwettaq jekk mitlub mis-sid tal-bastiment wara li jsir tibdil, sostituzzjoni jew tiswija sinifikanti tal-istruttura, tat-tagħmir, tas-sistemi, tal-fittings, tal-arranġamenti u l-materjal, li jkollu impatt fuq l-inventorju ta’ materjali perikolużi. Il-kontroll għandu jkun b’mod li jiżgura li kwalunkwe bidla, sostituzzjoni jew tiswija sinifikanti tkun saret b’mod li li jiżgura li l-bastiment jibqa’ jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u li Parti I tal-inventarju ta’ materjali perikolużi huwa emendata kif meħtieġ.
|
|
Artikolu 8 7.
|
Il-kontroll finali għandu jitwettaq qabel ma l-bastiment jitwaqqaf mis-servizz u qabel ma jibda r-riċklaġġ tal-bastiment. Dak il-kontroll għandu jivverifika li:
(a)
l-inventarju tal-materjali perikolużi huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5;
(b)
il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment jirrifletti sew l-informazzjoni inkluża fl-inventarju tal-materjali perikolużi u huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7;
(c)
il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastiment fejn il-bastiment għandu jkun riċiklat hija inkluża fil-Lista Ewropea.
|
|
Artikolu 8 8.
|
Għall-bastimenti eżistenti maħsuba biex jiġu riċiklati, il-kontroll inizjali u l-kontroll finali jistgħu jitwettqu fl-istess ħin.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|