+Artikolu 11 Kontroll tal-Istat tal-port
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.

Artikolu 11 Kontroll tal-Istat tal-port

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
L-Istati Membri għandhom japplikaw dispożizzjonijiet ta’ kontroll għall-bastimenti f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom wara li jikkunsidraw id-Direttiva 2009/16/KE. Suġġett għall-paragrafu 2, kull spezzjoni bħal din għandha tkun limitata għall-kontroll li ċertifikat tal-inventarju jew ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ jinżamm abbord, li, jekk ikun validu, għandu jitqies biżżejjed biex l-ispezzjoni tiġi approvata.
Artikolu 11 2.

Tista’ titwettaq spezzjoni ddettaljata mill-awtorità rilevanti involuta fl-attivitajiet ta’ kontroll tal-Istat tal-port, li tieħu kont tal-linji gwida rilevanti tal-OMI, meta bastiment ma jkollux ċertifikat validu jew ikun hemm raġunijiet ċari biex wieħed jemmen li:

(a) 

il-kundizzjoni tal-bastiment jew tat-tagħmir tiegħu ma tkunx tikkorrispondi sostanzjalment mal-partikolaritajiet ta’ dak iċ-ċertifikat, mal-Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi, jew mat-tnejn; jew

(b) 

ma jkun hemm l-ebda proċedura implimentata abbord il-bastiment għaż-żamma tal-Parti I tal-inventarju tal-Materjali Perikolużi.

Artikolu 11 3.
Bastiment jista’ jiġi mwissi, miżmum, miċħud jew eskluż mill-portijiet jew minn xi terminal ‘il barra mix-xtut taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru f’każ li dan jonqos milli jippreżenta lill-awtoritajiet rilevanti ta’ dak l-Istat Membru kopja taċ-ċertifikat tal-inventarju jew iċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ, kif ikun xieraq u fuq talba ta’ dawk l-awtoritajiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9. Stat Membru li jieħu tali azzjoni għandu jinforma minnufih l-amministrazzjoni kkonċernata. In-nuqqas li jiġi aġġornat l-inventarju tal-materjali perikolużi ma jikkostitwixxix nuqqas li jista’ jikkawża detenzjoni, iżda kwalunkwe inkonsistenza fl-inventarju ta’ materjali perikolużi għandha tiġu rrappurtata lill-amministrazzjoni kkonċernata u għandha tiġu rimedjata fi żmien il-kontrollli jkun imiss.
Artikolu 11 4.
L-aċċess għal port jew ankraġġ speċifiku jista’ jiġi permess mill-awtorità rilevanti ta’ Stat Membru fil-każ ta’ forza maġġuri jew kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà aktar importanti, jew biex jitnaqqas jew jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ tniġġis jew jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet, sakemm ikunu ġew implimentati miżuri adegwati għas-sodisfazzjon tal-awtorità rilevanti ta’ dak l-Istat Membru mis-sid, l-operatur jew il-kaptan tal-bastiment biex jiġi żgurat dħul sikur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.