+Artikolu 12 Rekwiżiti għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.

Artikolu 12 Rekwiżiti għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Soġġett għall-punt (b) tal-Artikolu 32(2), meta bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ pajjiż terz ikun dieħel f’port jew ankraġġ ta’ Stat Membru, hu għandu jkollu abbord inventarju tal-materjali perikolużi li jkun konformi mal-Artikolu 5(2).

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-aċċess għal port jew ankraġġ speċifiku jista’ jiġi permess mill-awtorità rilevanti ta’ Stat Membru fil-każ ta’ forza maġġuri jew kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà aktar importanti, jew biex jitnaqqas jew jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ tniġġis jew biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet, sakemm ikunu ġew implimentati miżuri adegwati għas-sodisfazzjon tal-awtorità rilevanti ta’ dak l-Istat Membru mis-sid, l-operatur jew il-kaptan tal-bastiment biex jiġi żgurat dħul sikur.

Artikolu 12 2.
L-installazzjoni ta’ materjali perikolużi msemmija fl-Anness I fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz, waqt li jkunu f’port jew ankraġġ ta’ Stat Membru, għandu jkun ipprojbit jew ristrett kif speċifikat fl-Anness I.

L-użu ta’ materjali perikolużi msemmija fl-Anness I fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz, waqt li jkunu f’port jew ankraġġ ta’ Stat Membru, għandu jkun ipprojbit jew ristrett kif speċifikat fl-Anness I, mingħajr preġudizzjoni għall-eżenzjonijiet u l-arranġamenti transizzjonali applikabbli għal dawk il-materjali taħt il-liġi internazzjonali.

Artikolu 12 3.
L-inventarju tal-materjali perikolużi għandu jkun speċifiku għal kull bastiment, jiġi kkompilat b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI u jservi biex jikkjarifika li l-bastiment huwa konformi mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-inventarju tal-materjali perikolużi ikun żviluppat, dan għandu jidentifika, mill-inqas, il-materjali perikolużi elenkati fl-Anness I. Għandu jiġi stabbilit pjan mill-bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ pajjiż terz li jiddeskrivi l-verifika viżwali/kampjun li permezz tiegħu jiġi żviluppat l-inventarju tal-materjali perikolużi li jieħu kont tal-linji gwida rilevanti tal-OMI.
Artikolu 12 4.
L-inventarju tal-materjali perikolużi għandu jkun miżmum tajjeb u aġġornat matul il-ħajja operattiva tal-bastiment, u jirrifletti l-installazzjonijiet ġodda li jkun fihom materjali perikolużi msemmija fl-Anness II u l-bidliet rilevanti fl-istruttura u t-tagħmir tal-bastiment, filwaqt li jieħu kont tal-eżenzjonijiet u l-arranġamenti transizzjonali applikabbli għal dawk il-materjali taħt id-dritt internazzjonali.
Artikolu 12 5.
Bastiment li jtajjar bandiera ta’ pajjiż terz jista’ jiġi mwissi, miżmum, miċħud jew eskluż mill-portijiet jew minn xi terminal ‘il barra mix-xtut taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru f’każ li dan jonqos milli jippreżenta lill-awtoritajiet rilevanti ta’ dak l-Istat Membru kopja ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità skont il-paragrafi 6 u 7, flimkien mal-inventarju tal-materjali perikolużi, kif xieraq u fuq talba minn dawk l-awtoritajiet. Stat Membru li jieħu tali azzjoni għandu jinforma minnufih l- awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz li tiegħu il-bastiment ikun itajjar il-bandiera. In-nuqqas ta’ aġġornament tal-inventarju tal-materjali perikolużi ma għandux jikkostitwixxi nuqqas li jista’ jikkawża detenzjoni, iżda kwalunkwe inkonsistenza fl-inventarju tal-materjali perikolużi għandha tiġi rrappurtata lill- awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera.
Artikolu 12 6.
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha tinħareġ wara verifika tal-inventarju tal-materjali perikolużi mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terzli tiegħu l-bastiment jkun itajjar il-bandiera jew minn organizzazzjoni awtorizzata minnhom, f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tista’ tkun immudellata abbażi tal-Appendiċi 3 għall-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong.
Artikolu 12 7.
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità u l-inventarju tal-materjali perikolużi għandhom jitfasslu f’lingwa uffiċjali tal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz emittenti li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera u fejn il-lingwa użata mhix l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol, it-test għandu jinkludi traduzzjoni f’waħda minn dawk il-lingwi.
Artikolu 12 8.
Soġġett għall-punt (b) tal-Artikolu 32(2), bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz li jkunu qed japplikaw biex jiġu rreġistrati taħt il-bandiera ta’ Stat Membru għandhom jiżguraw li jinżamm abbord inventarju tal-materjali perikolużi kif previst mill-Artikolu 5(2) jew ikun stabbilit fi żmien sitt xhur mir-reġistrazzjoni taħt il-bandiera ta’ dak l-Istat Membru jew matul kwalunkwe wieħed mill-kontrolli li jkun imiss skont l-Artikolu 8(3), skont liema jiġi l-ewwel.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.