+Artikolu 13 Rekwiżiti meħtieġa sabiex faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jiġu inklużi fil-Lista Ewropea
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.

Artikolu 13 Rekwiżiti meħtieġa sabiex faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti jiġu inklużi fil-Lista Ewropea

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

Sabiex tkun inkluża fil-Lista Ewropea, faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong u b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI, l-ILO, il-Konvenzjoni ta’ Basilea u l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes u ta’ linji gwida oħra internazzjonali:

(a) 

tkun awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tagħha biex twettaq operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ ta’ bastimenti;

(b) 

tkun iddisinjata, mibnija u operata b’mod sikur u li jħares l-ambjent;

(c) 

tkun topera minn strutturi mibnija;

(d) 

tistabbilixxi sistemi ta’ mmaniġġjar u monitoraġġ, proċeduri u tekniki li jkollhom l-għan li jipprevjenu, inaqqsu, jimminimizzaw u sal-limitu prattikabbli jeliminaw:

(i) 

riskji għas-saħħa lill-ħaddiema kkonċernati u lill-popolazzjoni fil-viċinat tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, u

(ii) 

impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ikkawżati mir-riċiklaġġ tal-bastimenti;

(e) 

tipprepara pjan għall-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti;

(f) 

tevita impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, inkluż il-wirja tal-kontroll ta’ kwalunkwe tnixxija b’mod partikolari fiż-żoni intermareali;

(g) 

tiżgura ġestjoni sikura u li tħares l-ambjent u ħżin ta’ materjali u skart perikolużi, inklużi:

(i) 

it-trażżin tal-materjali perikolużi kollha preżenti abbord matul il-proċess kollu ta’ riċiklaġġ tal-bastimentib’mod li jkun evitat kwalunkwe rilaxx ta’ dawk il-materjali perikolużi fl-ambjent; u barra minn hekk, il-ġestjoni ta’ materjali perikolużi, u ta’ skart iġġenerat matul il-proċess ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, biss fuq artijiet impermeabbli b’sistemi ta’ dranaġġ effettivi;

(ii) 

li l-iskart kollu ġġenerat mill-attività ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, u l-kwantitajiet tiegħu ikunu dokumentati u huwa trasferit biss f’faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart, inkluż f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-iskart, awtorizzati li jagħmlu t-trattament mingħajr ma jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem u b’mod li jħares l-ambjent;

(h) 

tistabbilixxi u żżomm pjan ta’ tħejjija u reazzjoni f’każ ta’ emerġenza; tiżgura aċċess rapidu għal tagħmir ta’ reazzjoni f’każ ta’ emerġenza, bħal tagħmir u vetturi għat-tifi tan-nar, ambulanzi u cranes, għall-bastimenti u fiż-żoni kollha tal-faċilità ta’ riċikliġġ tal-bastimenti;

(i) 

tipprovdi s-sikurezza u t-taħriġ tal-ħaddiema, inkluż li tiżgura l-użu ta’ tagħmir protettiv personali għall-operazzjonijiet li jirrikjedu dan l-użu;

(j) 

tistabbilixxi rekords dwar inċidenti, aċċidenti, mard jew effetti kroniċi relatati mal-post tax-xogħol u, jekk mitlub mill-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta kwalunkwe inċident, aċċident, mard jew effetti kroniċi relatati mal-post tax-xogħol li jikkawżaw jew li għandhom potenzjal li jikkawżaw riskji għas-sikurezza tal-ħaddiema, għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent;

(k) 

taqbel li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2.

Artikolu 13 2.

L-operatur tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti għandu:

(a) 

jibgħat il-pjan tar-riċiklaġġ tal-bastiment, ladarba jkun approvat f’konformità mal-Artikolu 7(3), lis-sid tal-bastiment u lill-amministrazzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta awtorizzata minnha;

(b) 

jirrapporta lill-amministrazzjoni li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti hija lesta minn kull aspett biex tibda r-riċiklaġġ tal-bastiment;

(c) 

meta r-riċiklaġġ totali jew parzjali ta’ bastiment ikun tlesta f’konformità ma’ dan ir-Regolament, fi żmien 14-il ġurnata mir-riċiklaġġ totali jew parzjali skont il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastiment, jibgħat dikjarazzjoni tat-tlestija lill-amministrazzjoni li tkun ħarġet iċ-ċertifikat ta’ bastiment lest għar-riċiklaġġ rigward il-bastiment. Id-dikjarazzjoni tat-tlestija għandha tinkludi rapport dwar l-inċidenti u l-aċċidenti li għamlu dannu għas-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent, jekk ikun hemm.

Artikolu 13 3.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format ta’:

(a) 

ir-rapport rikjest mill-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex tiżgura li jkun konsistenti mal-Appendiċi 6 għall-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong; u

(b) 

id-dikjarazzjoni mitluba mill-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex tiżgura li tkun konsistenti mal-Appendiċi 7 għall-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.