|
+Artikolu 13 1. |
Artikolu 13 1.Sabiex tkun inkluża fil-Lista Ewropea, faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong u b’kont meħud tal-linji gwida rilevanti tal-OMI, l-ILO, il-Konvenzjoni ta’ Basilea u l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes u ta’ linji gwida oħra internazzjonali:
(a)
tkun awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tagħha biex twettaq operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ ta’ bastimenti;
(b)
tkun iddisinjata, mibnija u operata b’mod sikur u li jħares l-ambjent;
(c)
tkun topera minn strutturi mibnija;
(d)
tistabbilixxi sistemi ta’ mmaniġġjar u monitoraġġ, proċeduri u tekniki li jkollhom l-għan li jipprevjenu, inaqqsu, jimminimizzaw u sal-limitu prattikabbli jeliminaw:
(i)
riskji għas-saħħa lill-ħaddiema kkonċernati u lill-popolazzjoni fil-viċinat tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, u
(ii)
impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ikkawżati mir-riċiklaġġ tal-bastimenti;
(e)
tipprepara pjan għall-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti;
(f)
tevita impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, inkluż il-wirja tal-kontroll ta’ kwalunkwe tnixxija b’mod partikolari fiż-żoni intermareali;
(g)
tiżgura ġestjoni sikura u li tħares l-ambjent u ħżin ta’ materjali u skart perikolużi, inklużi:
(i)
it-trażżin tal-materjali perikolużi kollha preżenti abbord matul il-proċess kollu ta’ riċiklaġġ tal-bastimentib’mod li jkun evitat kwalunkwe rilaxx ta’ dawk il-materjali perikolużi fl-ambjent; u barra minn hekk, il-ġestjoni ta’ materjali perikolużi, u ta’ skart iġġenerat matul il-proċess ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, biss fuq artijiet impermeabbli b’sistemi ta’ dranaġġ effettivi;
(ii)
li l-iskart kollu ġġenerat mill-attività ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, u l-kwantitajiet tiegħu ikunu dokumentati u huwa trasferit biss f’faċilitajiet għall-immaniġġjar tal-iskart, inkluż f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-iskart, awtorizzati li jagħmlu t-trattament mingħajr ma jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem u b’mod li jħares l-ambjent;
(h)
tistabbilixxi u żżomm pjan ta’ tħejjija u reazzjoni f’każ ta’ emerġenza; tiżgura aċċess rapidu għal tagħmir ta’ reazzjoni f’każ ta’ emerġenza, bħal tagħmir u vetturi għat-tifi tan-nar, ambulanzi u cranes, għall-bastimenti u fiż-żoni kollha tal-faċilità ta’ riċikliġġ tal-bastimenti;
(i)
tipprovdi s-sikurezza u t-taħriġ tal-ħaddiema, inkluż li tiżgura l-użu ta’ tagħmir protettiv personali għall-operazzjonijiet li jirrikjedu dan l-użu;
(j)
tistabbilixxi rekords dwar inċidenti, aċċidenti, mard jew effetti kroniċi relatati mal-post tax-xogħol u, jekk mitlub mill-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta kwalunkwe inċident, aċċident, mard jew effetti kroniċi relatati mal-post tax-xogħol li jikkawżaw jew li għandhom potenzjal li jikkawżaw riskji għas-sikurezza tal-ħaddiema, għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent;
(k)
taqbel li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|