+Artikolu 16 Stabbiliment u aġġornament tal-Lista Ewropea
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.

Artikolu 16 Stabbiliment u aġġornament tal-Lista Ewropea

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi Lista Ewropea ta’ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li:

(a) 

jinsabu fl-Unjoni u li kienu nnotifikati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14(3);

(b) 

jinsabu f’pajjiż terz u li l-inklużjoni tagħhom hija msejjsa fuq valutazzjoni tal-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn li tingħata jew tinġabar skont l-Artikolu 15.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25.

Artikolu 16 2.
Il-Lista Ewropea għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016. Hija għandha tinqasam f’żewġ sottolisti li jindikaw il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru u l-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiż terz.

Il-Lista Ewropea għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja dwar il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti:

(a) 

il-metodu ta’ riċiklaġġ;

(b) 

it-tip u d-daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati;

(c) 

kwalunkwe limitazzjoni u kundizzjoni li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti topera taħtha, inkluż rigward l-immaniġġjar tal-iskart perikoluż;

(d) 

dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita kif imsemmi fl-Artikolu 7(3), għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti;

(e) 

l-ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti.

Artikolu 16 3.
Il-Lista Ewropea għandha tindika d-data tal-iskadenza tal-inklużjoni tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti. Inklużjoni għandha tkun valida għal perijodu massimu ta’ ħames snin u għandha tkun tista’ tiġġedded.
Artikolu 16 4.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex b’mod regolari taġġorna l-Lista Ewropea, sabiex:

(a) 

tiġi inkluża faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti fil-Lista Ewropea fejn:

(i) 

tkun ġiet awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14; jew

(ii) 

l-inklużjoni tagħha fil-Lista Ewropea tkun ġiet deċiża f’konformità mal-paragragu 1(b) ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

biex titneħħa faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti mill-Lista Ewropea fejn:

(i) 

il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti ma tikkonformax aktar mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13; jew,

(ii) 

l-evidenza aġġornata ma tkunx ingħatat mill-inqas tliet xhur qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ ħames snin kif stipulat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25

Artikolu 16 5.
Fl-istabbiliment u l-aġġornament tal-Lista Ewropea, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’konformità mal-prinċipji mnaqqxa fit-Trattati u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.
Artikolu 16 6.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li tista’ tkun rilevanti fil-kuntest tal-aġġornament tal-Lista Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tressaq l-informazzjoni rilevanti kollha lill-Istati Membri l-oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.