+Artikolu 30 Reviżjoni
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.

Artikolu 30 Reviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta liema ksur ta’ dan ir-Regolament għandu jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/99/KE biex tikseb l-ekwivalenza tad-dispożizzjonijiet relatati mal-ksur bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-konklużjonijiet tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2014 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk xieraq, takkumpanjahom bi proposta leġislattiva.
Artikolu 30 2.
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong u, fl-istess waqt, tippreżenta, jekk xieraq, proposti leġislattivi adegwati għal dak l-iskop. Din ir-reviżjoni għandha tqis l-inklużjoni ta’ faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti awtorizzati taħt il-Konvenzjoni ta’ Ħong Kong fil-Lista Ewropea sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol u tal-piż amministrattiv.
Artikolu 30 3.
Il-Kummissjoni għandha żżomm dan ir-Regolament taħt reviżjoni u, jekk xieraq, tagħmel proposti f’waqthom biex tindirizza żviluppi marbuta mal-Konvenzjonijiet internazzjonali, inkluż il-Konvenzjoni ta’ Basel, jekk jirriżulta li jkun meħtieġ.
Artikolu 30 4.
Minkejja l-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha, sa ħames snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, akkompanjat, jekk xieraq, minn proposti leġislattivi biex tiżgura li l-objettivi tiegħu jkunu qed jintlaħqu u l-impatt tiegħu żgurat u ġustifikat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.