+Artikolu 32 Applikazzjoni
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
|
Artikolu 32 Applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data l-aktar kmieni miż-żewġ dati, iżda mhux qabel il-31 ta’ Diċembru 2015;
(a)
sitt xhur wara d-data li t-total tal-ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastiment inkluż fil-Lista Ewropea jkun inqas minn 2,5 miljun tunnellati ta’ spostament ħafif (LDT). L-ammont annwali ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huwa kkalkulat bħala t-total tal-piż tal-bastimenti espressa f’LDT li tkun ġiet riċiklata f’sena partikolari f’dik il-faċilità. L-ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huwa ddeterminat mill-għażla tal-ogħla ċifra fl-aħħar perijodu ta’ għaxar snin għal kull faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, jew, fil-każ ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tkun għadha kif ġiet awtorizzata, l-ogħla ċifra annwali li tkun intlaħqet f’dik il-faċilità; jew
(b)
fil-31 ta’ Diċembru 2018.
|
|
Artikolu 32 2.
|
Madankollu, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw id-dati ta’ applikazzjoni li ġejjin:
(a)
l-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2), l-Artikoli 13, 14, 15, 16, 25 u 26 mill-31 ta’ Diċembru 2014,
(b)
l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 5(2) u l-Artikoli 12(1) u (8) mill-31 ta’ Diċembru 2020;
|
|
Artikolu 32 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea avviż dwar id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament meta jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 32 4.
|
Jekk Stat Membru jkun għalaq ir-reġistru nazzjonali tal-bastimenti tiegħu jew, matul perijodu ta’ tliet snin, ma kellu l-ebda bastiment irreġistrat taħt il-bandiera tiegħu, u sakemm l-ebda bastiment mhu rreġistrat taħt il-bandiera tiegħu, dak l-Istat Membru jista’ jidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, ħlief għall-Artikoli 4, 5, 11, 12, 13, 14, 16(6), 18, 19, 20, 21 u 22. Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jibbenefika minn din id-deroga, hu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe bidla sussegwenti għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1257
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|