+Artikolu 43 Nuqqas ta' konformità formali
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
|
Artikolu 43 Nuqqas ta' konformità formali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
Bla ħsara għall-Artikolu 40, fejn Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jwaqqaf in-nuqqas fir-rigward tal-konformità kkonċernata:
(a)
il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 20 ta' din id-Direttiva;
(b)
il-marka CE ma tkunx twaħħlet;
(c)
in-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat, meta tkun applikata l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness IV, ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 20 jew ma jkunx twaħħal;
(d)
id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ma tkunx saret;
(e)
id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ma tkunx saret b'mod korrett;
(f)
id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta;
▼M2
(fa)
il-pittogramma kif imsemmija fl-Artikolu 3a(2), jew it-tikketta kif imsemmija fl-Artikolu 10(8), ma tfasslitx b’mod korrett;
(fb)
it-tikketta kif imsemmija fl-Artikolu 10(8) ma takkumpanjax it-tagħmir tar-radju kkonċernat;
(fc)
il-pittogramma jew it-tikketta ma tkunx imwaħħla jew murija f’konformità mal-Artikolu 3a(2) jew l-Artikolu 10(8) rispettivament;
▼B
(g)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(6) jew (7) jew fl-Artikolu 12(3) hija nieqsa, falza jew mhux kompluta;
▼M2
(h)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(8), id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 10(9) jew l-informazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu, msemmija fl-Artikolu 10(10), ma takkumpanjax it-tagħmir tar-radju;
▼B
(i)
ir-rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi stipulati fl-Artikolu 15 ma jkunux issodisfati;
▼M2
(j)
ma hemmx konformità mal-Artikolu 3a(1) jew l-Artikolu 5.
▼B
|
|
Artikolu 43 2.
|
Fejn jippersisti n-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tat-tagħmir tar-radju jew li jiżgura li dan jiġi msejjaħ lura jew irtirat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0053
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|