|
+Artikolu 43 1. |
Artikolu 43 1.Bla ħsara għall-Artikolu 40, fejn Stat Membru jasal għal xi waħda mill-konklużjonijiet li ġejjin, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jwaqqaf in-nuqqas fir-rigward tal-konformità kkonċernata:
(a)
il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 20 ta' din id-Direttiva;
(b)
il-marka CE ma tkunx twaħħlet;
(c)
in-numru tal-identifikazzjoni tal-korp notifikat, meta tkun applikata l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness IV, ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 20 jew ma jkunx twaħħal;
(d)
id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ma tkunx saret;
(e)
id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ma tkunx saret b'mod korrett;
(f)
id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta;
(fa)
il-pittogramma kif imsemmija fl-Artikolu 3a(2), jew it-tikketta kif imsemmija fl-Artikolu 10(8), ma tfasslitx b’mod korrett;
(fb)
it-tikketta kif imsemmija fl-Artikolu 10(8) ma takkumpanjax it-tagħmir tar-radju kkonċernat;
(fc)
il-pittogramma jew it-tikketta ma tkunx imwaħħla jew murija f’konformità mal-Artikolu 3a(2) jew l-Artikolu 10(8) rispettivament;
(g)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(6) jew (7) jew fl-Artikolu 12(3) hija nieqsa, falza jew mhux kompluta;
(h)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(8), id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 10(9) jew l-informazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu, msemmija fl-Artikolu 10(10), ma takkumpanjax it-tagħmir tar-radju;
(i)
ir-rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi stipulati fl-Artikolu 15 ma jkunux issodisfati;
(j)
ma hemmx konformità mal-Artikolu 3a(1) jew l-Artikolu 5. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|