|
+Artikolu 43d 1. |
Artikolu 43d 1.Meta t-tagħmir tar-radju jkun ġie ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal dan it-tagħmir tar-radju biex ikopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin:
(a)
meta ma tkunx ġiet ippubblikata referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda tali referenza ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; jew
(b)
meta t-tfixkil serju fil-funzjonament tas-suq intern, li wassal għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747, jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet tal-manifatturi li jagħmlu użu mill-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva u li r-referenzi tagħhom ikunu diġà ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|