+Artikolu 43d
---+Artikolu 43d 1.
---+Artikolu 43d 2.
---+Artikolu 43d 3.
---+Artikolu 43d 4.
---+Artikolu 43d 5.
---+Artikolu 43d 6.
---+Artikolu 43d 7.

Artikolu 43d

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 43d 1.

Meta t-tagħmir tar-radju jkun ġie ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal dan it-tagħmir tar-radju biex ikopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta ma tkunx ġiet ippubblikata referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda tali referenza ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; jew

(b) 

meta t-tfixkil serju fil-funzjonament tas-suq intern, li wassal għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747, jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet tal-manifatturi li jagħmlu użu mill-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva u li r-referenzi tagħhom ikunu diġà ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 43d 2.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet li tiġi pprovduta preżunzjoni tal-konformità skont il-paragrafu 5. Għal dak l-għan, ir-referenzi ta’ standards Ewropej jew ir-referenzi ta’ standards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew standard nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni permezz ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.
Artikolu 43d 3.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(3) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 43d 4.
Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-grupp ta’ esperti jew il-korpi rilevanti stabbiliti skont din id-Direttiva u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
Artikolu 43d 5.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, it-tagħmir tar-radju li jkun konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 koperti minn dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, ma għandux jibqa’ possibbli li l-manifatturi jiddependu fuq il-preżunzjoni tal-konformità pprovduta mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 43d 6.
B’deroga mill-Artikolu 43a(3), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li t-tagħmir tar-radju kopert mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà tal-persuni, it-tagħmir tar-radju li jkun konformi ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni u li jkun tqiegħed fis-suq għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.
Artikolu 43d 7.
Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jissodisfawx għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3, għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandard jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0053
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.