1. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti biex tabbozza standard Ewropew għall-mudell semantiku tad-data tal-elementi prinċipali ta' fattura elettronika (l-“istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika”).
Il-Kummissjoni għandha tesiġi li l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika jikkonforma tal-inqas mal-kriterji li ġejjin:
|
—
|
huwa teknoloġikament newtrali;
|
|
—
|
huwa kompatibbli mal-istandards internazzjonali rilevanti dwar il-fatturazzjoni elettronika;
|
|
—
|
jieħu kont tal-ħtieġa għall-protezzjoni tad-data personali f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE, għal approċċ ta' “protezzjoni tad-data mid-disinn” u l-prinċipji tal-proporzjonalità, il-minimizzazzjoni tad-data u l-limitazzjoni tal-fini;
|
|
—
|
huwa konsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE;
|
|
—
|
jippermetti l-istabbiliment ta' sistemi għall-fatturazzjoni elettronika prattiċi, faċli għall-utent, flessibbli u kosteffiċjenti;
|
|
—
|
jieħu kont tal-ħtiġijiet speċjali tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kif ukoll tal-awtoritajiet kontraenti subċentrali u l-entitajiet kontraenti;
|
|
—
|
huwa adatt għall-użu fi transazzjonijiet kummerċjali bejn l-impriżi.
|
Il-Kummissjoni għandha titlob li l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti tipprovdi lista b'għadd limitat ta' sintassijiet li jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika, ir-rabtiet sintattiċi adatti u l-linji gwida dwar l-interoperabbiltà tat-trasmissjoni, sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta' tali standard.
It-talbiet għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 10(1) sa (5) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
Bħala parti mill-ħidma biex jiġi żviluppat l-istandard mill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti, u fil-limitu ta' żmien kif identifikat fil-paragrafu 2, l-istandard għandu jiġi ttestjat fir-rigward tal-applikazzjoni prattika għall-utent aħħari. Il-Kummissjoni ser iżżomm ir-responsabbiltà ġenerali għall-ittestjar u għandha tiżgura li, matul it-twettiq tat-test, għandu jittieħed kont speċjali fir-rigward tal-kriterja tal-prattiċità, il-faċilità tal-użu għall-utent u l-ispejjeż possibbli ta' implimentazzjoni f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-eżitu tat-test lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.