+Artikolu 4 Oġġezzjonijiet formali għall-istandard Ewropew
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4

Artikolu 4 Oġġezzjonijiet formali għall-istandard Ewropew

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   Fejn Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqis li l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista ta' sintassijiet ma jissodisfawx b'mod sħiħ ir-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikolu 3(1), huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan bi spjegazzjoni dettaljata, u l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi:

(a)

li tippubblika, li ma tippubblikax, jew li tippubblika b'restrizzjoni r-referenzi għall-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista ta' sintassijiet li jinsabu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(b)

li żżomm, li żżomm b'restrizzjoni r-referenzi għall-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista ta' sintassijiet ikkonċernati li jinsabu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew li tirtirahom minnu.

Artikolu 4 2

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fis-sit elettroniku tagħha informazzjoni dwar l-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika u l-lista ta' sintassijiet li jkunu suġġetti għad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 4 3

3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni ikkonċernati dwar id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun meħtieġ, għandha titlob ir-reviżjoni tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika jew tal-lista ta' sintassijiet ikkonċernata.

Artikolu 4 4

4.   Id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) u l-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0055
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.