2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jadottaw, jippubblikaw u japplikaw, sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi mal-obbligu li jinsab fl-Artikolu 7 biex jiġu rċevuti u proċessati l-fatturi elettroniċi.
L-Istati Membri jistgħu jipposponu l-applikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tal-awtoritajiet kontraenti subċentrali u l-entitajiet kontraenti tagħhom sa mhux aktar tard minn 30 xahar wara l-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Mal-pubblikazzjoni tar-referenza għall-istandard Ewropew dwar il-fatturazzjoni elettronika, il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-data finali għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu.