Artikolu 12
Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom, meta possibbli, biex jikkooperaw ma’ pajjiżi terzi dwar l-azzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-ippjanar tal-ispazju marittimu fir-reġjuni tal-baħar relevanti u f’konformità mal-liġi u l-konvenzjonijiet internazzjonali, bħal bl-użu ta’ fora internazzjonali jew kooperazzjoni istituzzjonali reġjonali.