|
+Artikolu 13 Analiżi u segwitu tal-okkorrenzi fuq livell nazzjonali ---+Article 13 1. ---+Article 13 2. ---+Article 13 3. ---+Article 13 4. ---+Article 13 5. ---+Article 13 6. ---+Article 13 7. ---+Article 13 8. ---+Article 13 9. ---+Article 13 10. ---+Article 13 11. ---+Article 13 12. |
Artikolu 13 Analiżi u segwitu tal-okkorrenzi fuq livell nazzjonaliArtikolu 13 Analiżi u segwitu tal-okkorrenzi fuq livell nazzjonali 1. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru għandha tiżviluppa proċess biex janalizza l-okkorrenzi miġbura f'konformità mal-Artikoli 4(2) u 5(1) sabiex jidentifika l-perikli għas-sikurezza assoċjati mal-okkorrenzi jew il-gruppi ta' okkorrenzi identifikati. Abbażi ta' dik l-analiżi, kull organizzazzjoni għandha tiddetermina kwalunkwe azzjoni korrettiva jew preventiva, meħtieġa, fejn dan ikun il-każ, għat-tisħiħ tas-sikurezza. 2. Meta, wara l-analiżi msemmija fil-paragrafu 1, organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru tidentifika kwalunkwe azzjoni korrettiva jew preventiva adatta meħtieġa biex tindirizza nuqqasijiet attwali jew potenzjali tas-sikurezza tal-avjazzjoni, hija għandha: (a) timplimenta dik l-azzjoni fi żmien xieraq; u (b) tistabbilixxi proċess għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni u l-effettività tal-azzjoni. 3. Kull organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru għandha tikkomunika b'mod regolari lill-impjegati u l-persunal ikkuntrattat tagħha l-informazzjoni dwar l-analiżi u s-segwitu dwar l-okkorrenzi li għalihom tkun ittieħdet azzjoni preventiva jew korrettiva. 4. Fejn organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru li mhux kopert mill-paragrafu 5 tidentifika riskju reali jew potenzjali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili bħala riżultat tal-analiżi tagħha ta' okkorrenzai jew grupp ta' okkorrenzi irrappurtati skont l-Artikolu 4(8) u l-Artikolu 5(6), hija għandha tibgħat lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-okkorrenza minn min jagħmel ir-rapport: (a) ir-riżultati preliminarti tal-analiżi mwettqa skont il-paragrafu 1, jekk hemm, u (b) kwalunkwe azzjoni li għandha tittieħed skont il-paragrafu 2. L-organizzazzjoni għandha tirrapporta r-riżultati finali tal-analiżi, fejn meħtieġ, malli jkunu disponibbli u, fil-prinċipju, mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tan-notifika tal-okkorrenza. Awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' titlob lil organizzazzjoni biex titrasmettilha r- riżultati preliminari jew dawk finali tal-analiżi ta' kwalunkwe okkorrenza li tkun ġiet innotifikata lilha iżda li fir-rigward tagħha hija ma tkun irċeviet l-ebda segwitu jew irċeviet ir- riżultati preliminari biss. 5. Fejn organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru u ċertifikata jew approvata mill-Aġenzija tidentifika riskju reali jew potenzjali tas-sikurezza tal-avjazzjoni bħala riżultat tal-analiżi tagħha ta' okkorrenzai jew grupp ta' okkorrenzi irrappurtati skont l-Artikolu 4(9) u l-Artikolu 5(5), hija għandha tibgħat lill-Aġenzija fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-okkorrenza minn min jagħmel ir-rapport: (a) ir-riżultati preliminari tal-analiżi mwettqa skont il-paragrafu 1; jekk hemm, u (b) kwalunkwe azzjoni li għandha tittieħed f'konformità mal-paragrafu 2. L-organizzazzjoni ċertifikata jew approvata mill-Aġenzija għandha tittrasmetti lill-Aġenzija, r-riżultati finali tal-analiżi, fejn meħtieġ, malli jkunu disponibbli u, fil-prinċipju, mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tan-notifika tal-okkorrenza. L-Aġenzija tista' titlob lill-organizzazzjonijiet biex jittrasmettulha r- riżultati preliminari jew dawk finali tal-analiżi ta' kwalunkwe okkorrenza li tkun ġiet innotifikata lilha iżda li fir-rigward tagħha hija ma tkun irċeviet l-ebda segwitu jew ir-riżultati preliminari biss. 6. Kull Stat Membru u l-Aġenzija għandhom jiżviluppaw proċess li janalizza l-informazzjoni rigward l-okkorrenzi li huma rrappurtati direttament lilhom f'konformità mal-Artikoli 4(6), 5(2) u 5(3) sabiex jiġu identifikati l-perikli għas-sikurezza assoċjati ma' dawk l-okkorrenzi. Abbażi ta' dik l-analiżi, huma għandhom jiddeterminaw kwalunkwe azzjoni korrettiva jew preventiva adatta meħtieġa biex itejbu s-sikurezza tal-avjazzjoni. 7. Meta, wara l-analiżi msemmija fil-paragrafu 6, Stat Membru jew l-Aġenzija jidentifika kwalunkwe azzjoni korrettiva jew preventiva adatta meħtieġa biex jiġu indirizzati nuqqasijiet attwali jew potenzjali tas-sikurezza tal-avjazzjoni, huwa għandu: (a) jimplimenta dik l-azzjoni xierqa fi żmien xieraq; u (b) jistabbilixxi proċess biex jiġu ssorveljati l-implimentazzjoni u l-effettività tal-azzjoni. 8. Għal kull okkorrenza jew grupp ta' okkorrenzi mmonitorjati f'konformità mal-paragrafu 4 jew 5, kull Stat Membru u l-Aġenzija għandu jkollhom aċċess għall-analiżi magħmula u għandu jimmonitorja b'mod xieraq l-azzjoni meħuda mill-organizzazzjonijiet li għalihom huwa responsabbli. Jekk l-Istat Membru jew l-Aġenzija tikkonkludi li l-implimentazzjoni u l-effettività tal-azzjoni rrappurtata mhumiex xierqa biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet attwali jew potenzjali tas-sikurezza, dan għandu jiżgura li tittieħed u tiġi implimentata azzjoni xierqa addizzjonali mill-organizzazzjoni rilevanti. 9. Fejn din tkun disponibbli, l-informazzjoni relatata mal-analiżi u s-segwitu tal-okkorrenzi individwali jew il-gruppi ta' okkorrenzi miksuba skont dan l-Artikolu għandha tiġi maħżuna fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew, f'konformità mal-Artikolu 8(2) u (3), fi żmien xieraq u sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ħażna tagħha fil-bażi tad-data nazzjonali. 10. L-Istati Membri għandhom jużaw informazzjoni miksuba mill-analiżi tar-rapporti ta' okkorrenza biex jidentifikaw azzjoni ta' rimedju li għandha tittieħed, skont il-każ, fi ħdan il-Programm Statali tas-Sikurezza. 11. Sabiex jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-livell tas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili, kull Stat Membru għandu jippubblika analiżi dwar is-sikurezza mill-inqas darba fis-sena. L-analiżi dwar is-sikurezza: (a) għandu jkun fiha informazzjoni aggregata u anonimizzata dwar it-tip ta' okkorrenzi u informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza rrappurtata permezz tas-sistemi nazzjonali ta' rappurtar obbligatorju u volontarju; (b) għandha tidentifika x-xejriet; (c) għandha tidentifika l-azzjoni meħuda mill-Istat Membru. 12. L-Istati Membri jistgħu jippubblikaw ukoll rapporti ta' okkorrenzi anonimizzati u eżiti tal-analiżi tar-riskju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|