+ANNESS VII METODU TAL-KEJL BIEX JEVALWA L-KONFORMITÀ MAD-DISPOŻIZZJONIJIET TAL-EMISSJONI TAL-ĦOSS ADDIZZJONALI

ANNESS VII METODU TAL-KEJL BIEX JEVALWA L-KONFORMITÀ MAD-DISPOŻIZZJONIJIET TAL-EMISSJONI TAL-ĦOSS ADDIZZJONALI

ANNESS VII

METODU TAL-KEJL BIEX JEVALWA L-KONFORMITÀ MAD-DISPOŻIZZJONIJIET TAL-EMISSJONI TAL-ĦOSS ADDIZZJONALI

1.   KUMMENTI ĠENERALI

Dan l-Anness jiddeskrivi il-metodu ta' kejl li jevalwa l-konformità tal-vettura ma' dispożizzjonijiet tal-emissjoni tal-ħoss addizzjonali (ASEP) stipulati fl-Artikolu 7.

Mhux mandatorju li jitwettqu testijiet proprji mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip UE. Il-manifattur għandu jiffirma d-dikjarazzjoni tal-konformità stipulata fl-Appendiċi. L-awtorità tal-approvazzjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali dwar id-dikjarazzjoni ta' konformità u twettaq it-testijiet deskritti hawn taħt.

Il-proċedura stipulata f'dan l-Anness teħtieġ li jsir test skont l-Anness II. It-test speċifikat fl-Anness II għandu jitwettaq fuq l-istess mogħdija tat-test f'kundizzjonijiet simili għal dawk meħtieġa fit-testijiet preskritti f'dan l-Anness.

2.   IL-METODU TAL-KEJL

2.1   L-istrumenti tal-kejl u l-kundizzjoni tal-qisien

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-istrumenti tal-kejl, il-kundizzjonijiet tal-qisien u l-kundizzjoni tal-vettura huma ekwivalenti għal dawk speċifikati fil-punti 2 u 3 tal-Anness II.

Jekk il-vettura jkollha modalitajiet differenti li jaffettwaw l-emissjonijiet tal-ħsejjes, il-modalitajiet kollha għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti f'dan l-Anness. Fil-każ fejn il-manifattur ikun wettaq testijiet biex jingħataw provi lill-awtorità tal-approvazzjoni tal-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti, il-modalitajiet użati matul dawk it-testijiet għandhom jiġu rrappurtati f'rapport tat-test.

2.2.   Il-metodu tal-ittestjar

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet u l-proċeduri tal-punti 4.1 sa 4.1.2.1.2.2 tal-Anness II. Għall-iskop ta' dan l-Anness, għandhom jitkejlu u jiġu evaluwati testijiet tas-sewqan uniċi.

2.3.   Firxa ta' kontroll

Il-kundizzjonijiet tal-operazzjoni huma kif ġej:

Il-veloċità tal-vettura VAA_ASEP:

vAA ≥ 20 km/h

L-aċċelerazzjoni tal-vettura awot ASEP:

awot ≤ 5,0 m/s2

Il-veloċità tal-magna nBB ASEP

nBB ≤ 2,0 * PMR–0,222 * s jew

nBB ≤ 0,9 * s, liema minnhom huwa l-inqas

Il-veloċità tal-vettura VBB ASEP:

jekk l- nBB ASEP jintlaħaq f'ger wieħed

vBB ≤ 70 km/h

fil-każijiet l-oħra kollha

vBB ≤ 80 km/h

il-ġerijiet

K ≤ il-proporzjon tal-ingranaġġ i kif iddeterminat fl-Anness II

Jekk il-vettura, fl-inqas ger validu, ma tiksibx il-veloċità massima tal-magna ta' inqas minn 70 km/h, il-limitu tal-veloċità tal-vettura ikun ta' 80 km/h.

2.4.   Il-proporzjonijiet tal-ingranaġġ

Ir-rekwiżiti ASEP li japplikaw għal kull proporzjon ta' ingranaġġ K li jwassal għal riżultati tat-test fi ħdan firxa ta' kontroll kif iddefinita fil-punt 2.3 ta' dan l-Anness.

Fil-każ ta' vetturi bi trasmissjonijiet awtomatiċi, trasmissjonijiet adattivi u CVTs ittestjati ma' proporzjonijiet tal-ingranaġġ mhux illokjati, it-test jista' jinkludi bidla fil-proporzjon tal-ingranaġġ għal firxa iktar baxxa u aċċellerazzjoni ogħla. Bidla fil-gerijiet għal firxa ogħla u aċċelerazzjoni iżgħar mhijiex permessa. Taqlib tal-ger (gear shift) li jwassal għal kundizzjoni li mhijiex skont il-kundizzjonijiet ta' limitu għandu jiġi evitat. F'każ bħal dan, huwa permess li jiġu stabbiliti u jintużaw mezzi mekkaniċi jew elettroniċi, inklużi pożizzjonijiet alternati tas-selettur tal-gerijiet. Sabiex it-test ASEP ikun rappreżentattiv u ripetibbli (għall-awtorità tal-approvazzjoni), il-vetturi għandhom ikunu ttestjati bl-użu tal-ikkalibrar tal-gearbox ta' produzzjoni.

2.5.   Kundizzjonijiet fil-mira

L-emissjoni tal-ħoss għandha titkejjel f'kull proporzjon tal-ingranaġġ validu fl-erba' punti tat-test kif speċifikat hawn taħt.

L-ewwel punt tat-test P1 huwa ddefinit billi tintuża l-veloċità tad-dħul vAA ta' 20 km/h. Jekk ma' tkunx tista' tintlaħaq kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni stabbli, il-veloċita għandha tiżdied kull darba b'żieda ta' 5 km/h sakemm tintlaħaq aċċelerazzjoni stabbli.

Ir-raba' punt tat-test P4 huwa ddefinit permezz tal-veloċità massima tal-vettura fil-linja BB' f'dak il-proporzjon tal-ingranaġġ fil-kundizzjonijiet ta' limitu skont il-punt 2.3.

Iż-żewġ punti tat-test l-oħra huma kkalkolati bl-użu tal-formula segwenti:

Punt tat-test Pj: vBB_j = vBB_1 + ((j – 1)/3) * (vBB_4 – vBB_1) għal j = 2 u 3

Fejn:

vBB_1

=

il-veloċità tal-vettura fil-linja BB' tal-punt tat-test P1

vBB_4

=

il-veloċità tal-vettura fil-linja BB' tal-punt tat-test P4

Tolleranza għal vBB_j: ±3 km/h

Għal kull punt tat-test għandhom jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta' limitu kif speċifikat fil-punt 2.3.

2.6.   It-test tal-vettura

Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC' mill-aktar qrib possibbli waqt it-test kollu, minn meta l-vettura tavviċina l-linja AA' sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB'.

Fuq il-linja AA' l-aċċeleratur għandu jkun magħfus għal kollox. Biex tinkiseb aċċelerazzjoni aktar stabbli jew biex jiġi evitat taqlib 'l isfel tal-ger bejn il-linja AA' u BB' tista' tintuża l-preaċċellerazzjoni qabel il-linja AA'. L-aċċeleratur għandu jinżamm magħfus sakemm il-parti ta' wara tal-vettura tilħaq il-linja BB'.

Għal kull prova tat-test separata, il-parametri li ġejjin għandhom ikunu determinati u nnutati:

Il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss differenzjat-A taż-żewġ naħat tal-vettura, indikat matul kull passaġġ tal-vettura bejn iż-żewġ linji AA' u BB', għandha tkun matematikament imqarrba sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali (Lwot,kj). Jekk jiġi osservat livell għoli ferm fil-ħoss, li jidher biċ-ċar li ma jaqbilx mal-livell ġenerali tal-pressjoni tal-ħoss, il-kejl ma għandux jitqies. Il-naħa xellugija u dik leminija jistgħu jitkejlu f'daqqa jew separatament.

Il-qari tal-veloċità tal-vettura fil-linja AA' u l-linja BB' għandhom jiġu rrappurtati bl-ewwel ċifra sinifikanti wara l-punt deċimali. (vAA,kj; vBB,kj).

Fejn hu applikabbli, il-qari tal-veloċità tal-magna fil-linja AA' u l-linja BB' għandu jiġi rrappurtat bħala valur ta' numru sħiħ (nAA,kj; nBB,kj).

L-aċċelerazzjoni ikkalkulata għandha tkun iddeterminata skont il-formula fil-punt 4.1.2.1.2 tal-Anness II u rrapurtata bit-tieni ċifra wara l-punt deċimali (awot,test,kj).

3.   ANALIŻI TAR-RIŻULTATI

3.1.   Determinazzjoni tal-anchor point (punt ta' rbit) għal kull proporzjon tal-ingranaġġ

Fir rigward tal-qisien fil-ger i jew ger iżjed baxx, l-anchor point (il-punt ta' rbit) jikkonsisti minn livell massimu tal-ħoss Lwoti, il-veloċità tal-magna rrapportata nwoti u l-veloċità tal-vettura vwoti fil-linja BB' tal-proporzjon tal-ingranaġġ i tat-test tal-aċċelerazzjoni fl-Anness II.

Lanchor,i

=

Lwoti,Annex II

nanchor,i

=

nBB,woti,Annex II

vanchor,i

=

vBB,woti,Annex II

Fir-rigward tal-qisien fil-ger i+1, l-anchor point (il-punt ta' rbit) jikkonsisti minn livell massimu tal-ħoss Lwoti+1, il-veloċità tal-magna rrapportata nwoti+1 u l-veloċità tal-vettura vwoti+1 f'BB' tal-proporzjon tal-ingranaġġ i+1 tat-test tal-aċċelerazzjoni fl-Anness II.

Lanchor,i+1

=

Lwoti+1,Annex II

nanchor,i+1

=

nBB,woti+1,Annex II

vanchor,i+1

=

vBB,woti+1,Annex II

3.2.   L-inklinazzjoni (Slope) tal-linja tar-rigressjoni għal kull ger

Il-qisien tal-ħoss għandhom jiġu vvalutati bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna skont il-punt 3.2.1.

3.2.1.   Il-kalkolu tal-inklinazzjoni (Slope) tal-linja ta' rigressjoni għal kull ger

Il-linja ta' rigressjoni lineari hija kkalkolata bl-użu tal-anchor point (il-punt ta' rbit) u l-erba' qisien addizzjonali kkorrelati.

image (f' dB/1 000 min–1)

Bi

image

u

image

fejn nj = veloċità tal-magna mkejla fuq il-linja BB'

3.2.2.   L-inklinazzjoni (Slope) tal-linja tar-rigressjoni għal kull ger

L-inklinazzjonik (Slope) partikolari tal-ger għal aktar kalkolazzjoni hija ir-riżultat idderivat minn kalkolu fil-punt 3.2.1 imqarrab sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, iżda mhux ogħla minn 5 dB/1 000 min–1.

3.3.   Il-kalkolu taż-żieda lineari tal-livell tal-ħoss mistennija għal kull kejl

Il-livell tal-ħoss LASEP,kj għall-punt tal-kejl j u l-ger k għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-veloċitajiet tal-magna mkejla għal kull punt tal-kejl, bl-użu tal-iSlope (inklinazzjoni) speċifikat fil-punt 3.2 għall-anchor point (punt ta' rbit) speċifiku għal kull proporzjon tal-ingranaġġ.

Għal nBB_k,j ≤ nanchor,k:

LASEP_k,j = Lanchor_k + (Slopek – Y) * (nBB_k,j – nanchor,k)/1 000

Għal nBB_k,j > nanchor,k:

LASEP_k,j = Lanchor_k + (Slopek + Y) * (nBB_k,j – nanchor,k)/1 000

Meta Y = 1

3.4.   Kampjuni

Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni għandhom jitwettqu żewġ testijiet addizzjonali fil-limitu tal-kundizzjonijet skont il-punt 2.3.

4.   INTERPRETAZZJONI TAR-RIŻULTATI

Kull kejl ta' strobju individwali għandu jiġi evalwat.

Il-livell tal-ħoss ta' kull punt tal-kejl speċifikat ma għandux jaqbeż il-limiti mogħtija hawn taħt:

Lkj ≤ LASEP_k.j + x

Fejn:

x

=

3 dB(A) għal vettura bi trasmissjoni awtomatika jew CVTs li ma jillokkjawx

x

=

2 dB(A) + valur ta' limitu – Lurban tal-Anness II għall-vetturi kollha

Jekk il-livell tal-ħoss imkejjel f'ċertu punt jaqbeż il-limitu, għandu jittieħed il-kejl darbtejn oħra fl-istess punt biex tkun ivverifikata l-inċertezza tal-kejl. Il-vettura tkun għadha konformi mal-ASEP, jekk il-medja tat-tliet qisien validi f'dan il-punt speċifiku tissodisfa l-ispeċifikazzjoni.

5.   REFERENZA GĦAL VALUTAZZJONI TAL-ĦOSS

Il-ħoss ta' referenza huwa vvalutat f'punt wieħed f'ger wieħed diskret, billi ssir simulazzjoni ta' kundizzjoni ta' aċċelerazzjoni li tibda b'veloċita ta' dħul ta' vaa ugwali għal 50 km/h u li tassumi veloċità ta' ħruġ ta' vbb ugwali għal 61 km/h. Il-konformità tal-ħsejjes f'dan il-punt tista' tiġi kkalkulata jew permezz tal-użu tar-riżultati fil-punt 3.2.2 u l-ispeċifikazzjoni ta' hawn taħt jew jiġu evalwati permezz tal-kejl dirett billi jintuża l-ger kif speċifikat hawn taħt.

5.1

Id-determinazzjoni tal-ger K huwa kif ġej:

K

=

3 għal kull trasmissjoni manwali u għal trasmissjoni awtomatika b'sa 5 gerijiet;

K

=

4 għal trasmissjoni awtomatika b'6 gerijiet jew iktar

Jekk l-ebda ger diskret ma jkun disponibbli, eż. għal trasmissjonijiet awtomatiċi jew għal CVTs li ma jillokkjawx, il-proporzjon tal-ingranaġġ għal aktar kalkolu għandu jkun iddeterminat mir-riżultat tat-test tal-aċċelerazzjoni fl-Anness II bl-użu tal-veloċità rrapportata tal-magna u l-veloċità tal-vettura fuq il-linja BB'.

5.2.

Determinazzjoni ta' veloċità ta' referenza tal-magna nref_K

Il-veloċità ta' referenza tal-magna, nref_K, għandha tkun ikkalkolata bl-użu tal-proporzjon tal-ingranaġġ K fil-veloċità ta' referenza ta' vref = 61 km/h.

5.3.

Kalkolu ta' Lref

Lref = Lanchor_K + SlopeK * (nref_K – nanchor_K)/1 000

Lref għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 76 dB(A).

Għall-vetturi mgħammra b'gerboks manwali li jkollha aktar minn erba gerijiet 'il quddiem (forward gears) u mgħammra b'magna li tiżviluppa qawwa nominali massima netta akbar minn 140 kW u proporzjon ta' qawwa nominali massima netta/massa massima ikbar minn 75 kW/t, l-Lref għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 79 dB (A).

Għall-vetturi mgħammra b'gerboks manwali li jkollha aktar minn erba gerijiet 'il quddiem u mgħammra b'magna li tiżviluppa qawwa nominali massima netta akbar minn 140 kW u proporzjon ta' qawwa nominali massima netta/massa massima ikbar minn 75 kW/t, l-Lref għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 78 dB (A).

6.   EVALWAZZJONI TAL-ASEP BL-UŻU TAL-PRINĊIPJU TAL- OF L urban

6.1   Kummenti ġenerali

Din il-proċedura ta' evalwazzjoni hija alternattiva magħżula mill-manifattur għall-proċedura deskritta fil-punt 3 ta' dan l-Anness u hija applikabbli għat-teknoloġiji tal-vetturi kollha. Il-manifattur għandu jkun responsabbli biex jiddetermina l-mod korrett tal-ittestjar. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it-testijiet kollha u l-kalkulazzjoni għandha tkun kif speċifikat fl-Anness II.

6.2.   Kalkolu tal-Lurban ASEP

Minn kull LwotASEP kif imkejjel skont dan l-Anness, l-Lurban ASEP għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

(a) ikkalkula awot test ASEP kif speċifikat fil-punt 4.1.2.1.2.1. jew mill-punt 4.1.2.1.2.2 tal-Anness II, kif applikabbli;

(b) iddetermina l-veloċità tal-vettura (VBB ASEP) f'BB' matul it-test tal-LwotASEP;

(c) ikkalkula l-kp ASEP kif ġej:

kP ASEP = 1 – (aurban/awot test ASEP)

Ir-riżultati tat-test fejn l-awot test ASEP ikunu inqas minn aurban għandhom jitwarrbu.

(d) ikkalkula l-Lurban measured ASEP kif ġej:

Lurban measured ASEP =

Lwot ASEP – kP ASEP * (Lwot ASEP – Lcrs)

Għal aktar kalkoli, uża l-Lurban mill-Anness II mingħajr it-tqarrib, inkluż in-numru wara d-deċimali (xx.x).

(e) ikkalkula l-Lurban normalized kif ġej:

Lurban normalized = Lurban measured ASEP – Lurban

(f) ikkalkula l-Lurban measured ASEP kif ġej:

Lurban ASEP =

Lurban normalized – (0,15 * (VBB ASEP – 50))

(g) konformità mal-limiti tal-livelli tal-ħoss:

Lurban ASEP għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 3,0 dB.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0540
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.