4. Fejn ir-restrizzjoni operattiva tikkonċerna l-irtirar ta’ inġenju tal-ajru marġinalment konformi minn ajruport, ma għandhom jiġu permessi ebda servizzi addizzjonali ‘l fuq mill-għadd ta’ movimenti bl-inġenju tal-ajru marġinalment konformi fil-perijodu korrispondenti tas-sena preċedenti f’dak l-ajruport sitt xhur wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu dwar ir-rata annwali għat-tnaqqis tan-numru ta’ movimenti ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi tal-operaturi affettwati f’dak l-ajruport, b’kont debitu meħud tal-età tal-inġenju tal-ajru u il-kompożizzjoni tal-flotta totali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(4), din ir-rata ma għandhiex tkun aktar minn 25 % tan-numru ta’ movimenti ta’ inġenji tal-ajru marġinalment konformi għal kull operatur li jservi dak l-ajruport.