1. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri parteċipanti li jkunu kkonċernati minn u jkollhom fehmiet differenti dwar oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Bord Superviżorju jistgħu jistaqsu lill-Bord Superviżorju, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta jirċievu l-oġġezzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-oġġezzjoni, biex tintalab medjazzjoni sabiex jiġu solvuti dawk id-differenzi, bil-għan li tiġi żgurata separazzjoni bejn il-politika monetarja u l-kompiti superviżorji. Kull awtorità kompetenti kkonċernata għandha tagħmel dan billi tissottometti avviż ta' talba għal medjazzjoni lill-Bord Superviżorju, li tidentifika l-oġġezzjoni mill-Kunsill Governattiv, u li tinkludi stqarrija dwar ir-raġunijiet għat-talba għal medjazzjoni. Is-Segretarja għandu jinnotifika dawk it-talbiet għal medjazzjoni lill-membri tal-Bord Superviżorju.