|
+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni ---+Article 2 1. ---+Article 2 2. |
Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoniArtikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament japplika għall-ispeċijiet aljeni invażivi kollha. 2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal: (a) speċijiet li jbiddlu d-distribuzzjoni naturali tagħhom mingħajr l-intervent tal-bniedem, bħala reazzjoni għal tibdil fil-kondizzjonijiet ekoloġiċi jew tibdil fil-klima; (b) organiżmi ġenetikament modifikati kif iddefiniti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE; (c) il-patoġeni li jikkawżaw mard tal-annimali; għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, mard tal-annimali jfisser okkorrenza ta' infezzjonijiet jew infestazzjonijiet fl-annimali, ikkawżati minn patoġenu wieħed jew aktar, li jistgħu jiġu trażmessi lill-annimali jew lill-bnedmin; (d) il-pesti tal-pjanti elenkati skont l-Artikolu 5(2) jew l-Artikolu 32(3), jew soġġetti għall-miżuri skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); (e) l-ispeċijiet elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 708/2007 meta dawn jintużaw fl-akkwakultura; (f) il-mikroorganiżmi manifatturati jew importati għall-użu fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkunu diġà ġew awtorizzati jew li għalihom tkun qed issir valutazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009; jew (g) il-mikroorganiżmi manifatturati jew importati għall-użu fil-prodotti bijoċidali li jkunu diġà ġew awtorizzati jew li għalihom tkun qed issir valutazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|