+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
------+Article 2 1.
------+Article 2 2.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
------+Article 4 4.
------+Article 4 5.
------+Article 4 6.
------+Article 4 7.
---+Artikolu 5 Valutazzjoni tar-riskju
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
---+Artikolu 6 Dispożizzjonijiet għar-reġjuni ultraperiferiċi
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
------+Article 6 3.
------+Article 6 4.
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett
|
Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, minimizzazzjoni u mitigazzjoni tal-impatti negattivi fuq il-bijodiversità tal-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni, kemm intenzjonati kif ukoll mhux intenzjonati, ta' speċijiet aljeni invażivi.
|
|
Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
|
Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament japplika għall-ispeċijiet aljeni invażivi kollha. 2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
(a) speċijiet li jbiddlu d-distribuzzjoni naturali tagħhom mingħajr l-intervent tal-bniedem, bħala reazzjoni għal tibdil fil-kondizzjonijiet ekoloġiċi jew tibdil fil-klima;
(b) organiżmi ġenetikament modifikati kif iddefiniti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE;
(c) il-patoġeni li jikkawżaw mard tal-annimali; għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, mard tal-annimali jfisser okkorrenza ta' infezzjonijiet jew infestazzjonijiet fl-annimali, ikkawżati minn patoġenu wieħed jew aktar, li jistgħu jiġu trażmessi lill-annimali jew lill-bnedmin;
▼M1
(d) il-pesti tal-pjanti elenkati skont l-Artikolu 5(2) jew l-Artikolu 32(3), jew soġġetti għall-miżuri skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
);
▼B
(e) l-ispeċijiet elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 708/2007 meta dawn jintużaw fl-akkwakultura;
(f) il-mikroorganiżmi manifatturati jew importati għall-użu fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkunu diġà ġew awtorizzati jew li għalihom tkun qed issir valutazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009; jew
(g) il-mikroorganiżmi manifatturati jew importati għall-użu fil-prodotti bijoċidali li jkunu diġà ġew awtorizzati jew li għalihom tkun qed issir valutazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012.
|
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “speċi aljena” tfisser kwalunkwe eżemplar ħaj ta' speċi, sottospeċi jew grupp tassonomiku inferjuri ta' annimali, pjanti, fungi jew mikroorġaniżmi introdott barra mid-distribuzzjoni naturali tiegħu; dan jinkludi kwalunkwe parti, gamete, żerriegħa, bajd jew propaguli ta' tali speċi, kif ukoll kwalunkwe speċi ibrida, varjetà jew razza li tista' tgħix u sussegwentement tirriproduċi;
(2) “speċi aljena invażiva” tfisser speċi aljena li l-introduzzjoni jew it-tixrid tagħha rriżulta li jhedded jew li għandu impatt negattiv fuq il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema relatati magħha;
(3) “speċi aljena invażiva li hija sors ta' tħassib għall-Unjoni” tfisser speċi aljena invażiva li l-impatt negattiv tagħha tqies li jeħtieġ azzjoni komuni fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 4(3);
(4) “speċi aljena invażiva li hija sors ta’ tħassib għall-Istati Membri” tfisser speċi aljena invażiva li ma tkunx waħda li hija sors ta’ tħassib għall-Unjoni, li Stat Membru jikkunsidra, abbażi ta’ evidenza xjentifika, li l-impatt negattiv tar-rilaxx u t-tixrid tagħha, anke fejn mhux aċċertat kompletament, huwa sinifikattiv għat-territorju tiegħu, jew parti minnu, u tkun meħtieġa azzjoni fil-livell ta' dak l-Istat Membru;
(5) “bijodiversità” tfisser il-varjabbiltà fost organiżmi ħajjin mis-sorsi kollha, inklużi ekosistemi terrestri, marini u akkwatiċi oħrajn u l-kumplessi ekoloġiċi li minnhom jagħmlu parti; dan jinkludi d-diversità fl-ispeċi nnifisha, bejn l-ispeċijiet u tal-ekosistemi;
(6) “servizzi tal-ekosistema” tfisser il-kontributi diretti jew indiretti tal-ekosistemi għall-benessri tal-bniedem;
(7) “introduzzjoni” tfisser il-moviment, bħala konsegwenza tal-intervent tal-bniedem, ta' speċi barra d-distribuzzjoni naturali tagħha;
(8) “riċerka” tfisser ħidma deskrittiva jew sperimentali, li ssir f''kondizzjonijiet regolati sabiex jinkiseb għarfien xjentifiku ġdid jew biex jiġu żviluppati prodotti ġodda, inklużi l-fażijiet inizjali tal-identifikazzjoni, il-karatterizzazzjoni u l-iżolament tal-karatteristiċi ġenetiċi, għajr dawk il-karatteristiċi li jagħmlu speċi invażiva, ta' speċijiet aljeni invażivi biss sa fejn din tkun essenzjali għar-riproduzzjoni ta’ dawk il-karatteristiċi fi speċijiet mhux invażivi;
(9) “faċilità kkonfinata” tfisser iż-żamma ta' organiżmu f'faċilitajiet magħluqa li minnhom mhumiex possibbli l-ħarba jew it-tixrid;
(10) “konservazzjoni ex situ” tfisser il-konservazzjoni ta' komponenti ta' diversità bijoloġika barra l-ħabitat naturali tagħhom;
(11) “direzzjonijiet” tfisser ir-rotot u l-mekkaniżmi tal-introduzzjoni u tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi;
(12) “identifikazzjoni bikrija” tfisser il-konferma tal-preżenza ta' eżemplari ta' speċi aljena invażiva fl-ambjent qabel ma tinxtered b'mod mifrux;
(13) “qerda” tfisser it-tneħħija sħiħa u permanenti ta’ popolazzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi b’mezzi letali jew mhux letali;
(14) “kontroll tal-popolazzjoni” tfisser kwalunkwe azzjoni letali jew mhux letali applikata lil popolazzjoni ta' speċi aljena invażiva, filwaqt li jiġi minimizzat ukoll l-impatt fuq l-ispeċijiet mhux fil-mira u l-ħabitats tagħhom, bl-għan li l-għadd ta' individwi jinżamm baxx kemm jista' jkun, sabiex, filwaqt li ma jkunx possibbli li l-ispeċi tinqered, jiġu mminimizzati l-kapaċità invażiva tagħha u l-impatti negattivi fuq il-bijodiversità, is-servizzi relatati tal-ekosistema, fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ekonomija;
(15) “konteniment” tfisser kwalunkwe azzjoni mmirata biex toħloq ostakli li jimminimizzaw ir-riskju ta' popolazzjoni ta' speċi aljena invażiva li tinfirex u tinxtered lil hinn miż-żona soġġetta għall-invażjoni;
(16) “tixrid b'mod mifrux” tfisser li l-popolazzjoni ta' speċi aljena invażiva tkun marret lil hinn mill-istadju ta' naturalizzazzjoni, li fih il-popolazzjoni ssostni lilha nnifisha b'mod indipendenti, u tkun inxterdet biex tikkolonizza parti kbira mill-ambjent potenzjali fejn tkun tista' tgħix u tirriproduċi;
(17) “ġestjoni” tfisser kwalunkwe azzjoni letali jew mhux letali mmirata lejn il-qerda, il-kontroll ta’ popolazzjoni jew il-konteniment ta’ popolazzjoni ta’ speċi aljena invażiva, waqt li jiġi minimizzat ukoll l-impatt fuq speċijiet mhux fil-mira u fuq il-ħabitats tagħhom.
|
|
Artikolu 4 Lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni
|
Artikolu 4 Lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni ('il-lista tal-Unjoni'),abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). L-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27(1) sat-2 ta’ Jannar 2016. 2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni komprensiva tal-lista tal-Unjoni għall-inqas kull sitt snin u għandha, sadanittant, taġġornaha, skont il-każ, f'konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, permezz:
(a) taż-żieda ta' speċijiet aljeni invażivi ġodda;
(b) tat-tneħħija ta' speċijiet elenkati jekk dawn ma jibqgħux jissodisfaw xi wieħed jew aktar mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3.
3. L-ispeċijiet aljeni invażivi għandhom biss jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni jekk jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
(a) jinstab, abbażi ta' evidenza xjentifika disponibbli, li huma aljeni għat-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea esklużi r-reġjuni ultraperiferiċi;
(b) jinstab, abbażi ta' evidenza xjentifika disponibbli, li huma kapaċi jistabbilixxu popolazzjoni vijabbli u jinxterdu fl-ambjent taħt kondizzjonijiet attwali u f'kondizzjonijiet klimatiċi prevedibbli f'reġjun bijoġeografiku wieħed kondiviż minn aktar minn żewġ Stati Membri jew subreġjun tal-baħar wieħed esklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom;
(c) jinstab, abbażi ta' evidenza xjentifika, li x'aktarx ikollhom impatti negattivi sinifikanti fuq il-bijodiversità jew is-servizzi tal-ekosistema relatati magħha, u li jistgħu wkoll ikollhom impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ekonomija;
(d) jintwera permezz ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa f'konformità mal-Artikolu 5(1) li tkun meħtieġa azzjoni konċertata fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi evitat li dawn jiġu introdotti, li jistabbilixxu ruħhom jew li jinfirxu;
(e) x'aktarx li l-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ser tevita, timminimizza jew timmitiga b'mod effettiv l-impatti negattivi tagħhom.
4. L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw talbiet lill-Kummissjoni għall-inklużjoni ta' speċijiet aljeni invażivi fil-lista tal-Unjoni. Dawk it-talbiet għandhom jinkludu dawn kollha li ġejja:
(a) l-isem tal-ispeċijiet;
(b) valutazzjoni tar-riskju mwettqa f'konformità mal-Artikolu 5(1);
(c) evidenza li jiġu sodisfatti l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
5. Il-lista tal-Unjoni għandha tirriferi, fejn rilevanti, għall-oġġetti li magħhom jiġu assoċjati ġeneralment l-ispeċijiet aljeni invażivi u l-kodiċijiet ta' Nomenklatura Magħquda tagħhom kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (
2
), filwaqt li tindika l-kategoriji ta' oġġetti li għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament. 6. Fl-adozzjoni jew l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 filwaqt li tiġi kkunsidrata b'mod dovut l-ispiża għall-Istati Membri relatata mal-implimentazzjoni, l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni, il-kosteffettività u l-aspetti soċjoekonomiċi. Il-lista tal-Unjoni għandha tinkludi bħala prijorità dawk l-ispeċijiet aljeni invażivi li:
(a) għadhom mhumiex preżenti fl-Unjoni jew għadhom fi stadju bikri ta' invażjoni u x'aktarx li jkollhom impatt negattiv sinifikanti;
(b) diġà huma stabbiliti fl-Unjoni u għandhom l-aktar impatti negattivi sinifikanti.
7. Meta tipproponi l-lista tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika wkoll li l-objettivi ta' dan ir-Regolament jintlaħqu aħjar b'miżuri fil-livell tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 5 Valutazzjoni tar-riskju
|
Artikolu 5 Valutazzjoni tar-riskju 1. Għall-finijiet tal-Artikolu 4, għandha ssir valutazzjoni tar-riskju relattivament għall-firxa attwali u potenzjali ta' speċijiet aljeni invażivi, b'kont meħud tal-elementi li ġejjin:
(a) deskrizzjoni tal-ispeċi flimkien mal-identità tassonomika tagħha, l-istorja tagħha u l-firxa naturali u dik potenzjali tagħha;
(b) deskrizzjoni tax-xejriet tar-riproduzzjoni u tat-tixrid tal-ispeċi u tad-dinamika tagħha inkluża valutazzjoni dwar jekk jeżistux il-kondizzjonijiet ambjentali meħtieġa għar-riproduzzjoni u t-tixrid tagħha;
(c) deskrizzjoni tad-direzzjonijiet potenzjali ta' introduzzjoni u tixrid tal-ispeċi, kemm intenzjonati kif ukoll mhux intenzjonati, inkluż fejn rilevanti, il-prodotti bażiċi li magħhom hija ġeneralment assoċjata l-ispeċi;
(d) valutazzjoni rigoruża tar-riskju tal-introduzzjoni, l-istabbiliment u t-tixrid f’reġjuni bijoġeografiċi rilevanti fil-kondizzjonijiet attwali u f’kondizzjonijiet ta’ tibdil fil-klima prevedibbli;
(e) deskrizzjoni tad-distribuzzjoni attwali tal-ispeċi inkluż jekk l-ispeċi hijiex diġà preżenti fl-Unjoni jew f’pajjiżi ġirien u tbassir tad-distribuzzjoni probabbli tagħha fil-futur;
(f) deskrizzjoni tal-impatt negattiv fuq il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema relatati magħha, inkluż fuq l-ispeċijiet indiġeni, is-siti protetti, il-ħabitats fil-periklu, kif ukoll fuq is-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza u l-ekonomija inkluża valutazzjoni tal-impatt potenzjali fil-futur fir-rigward tal-għarfien xjentifiku disponibbli;
(g) valutazzjoni tal-ispejjeż potenzjali tal-ħsara;
(h) deskrizzjoni tal-użi magħrufa għall-ispeċi u l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi li jinkisbu minn dawk l-użi.
2. Meta tipproponi speċijiet għall-elenkar bħala speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Meta Stat Membru jippreżenta talba għall-inklużjoni ta' speċi fil-lista tal-Unjoni, huwa għandu jkun responsabbli biex jagħmel il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tgħin lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta' tali valutazzjonijiet tar-riskju sa fejn dan għandu x'jaqsam mad-dimensjoni Ewropea. 3. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 29, biex tispeċifika t-tip ta' evidenza aċċettabbli, għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 4(3) u tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni tal-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Id-deskrizzjoni dettaljata għandha tinkludi l-metodoloġija li għandha tiġi applikata fil-valutazzjonijiet tar-riskju, b'kont meħud tal-istandards nazzjonali u internazzjonali rilevanti u l-ħtieġa li tingħata prijorità lil azzjoni kontra speċijiet aljeni invażivi assoċjati ma', jew li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw, impatt negattiv sinifikanti fuq il-bijodiversità jew is-servizzi relatati tal-ekosistema, kif ukoll fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ekonomija, b'tali impatt negattiv ikkunsidrat bħala fattur aggravanti. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prassi tas-soltu tagħha u tagħmel konsultazzjonijiet mal-esperti, inklużi l-esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.
|
|
Artikolu 6 Dispożizzjonijiet għar-reġjuni ultraperiferiċi
|
Artikolu 6 Dispożizzjonijiet għar-reġjuni ultraperiferiċi 1. L-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni m'għandhomx ikunu soġġetti għall-Artikolu 7 jew għall-Artikoli 13 sa 20 fir-reġjuni ultraperiferiċi. 2. Sat-2 ta’ Jannar 2017, kull Stat Membru b'reġjuni ultraperiferiċi għandu jadotta, għal kull wieħed minn dawk ir-reġjuni, lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib, f'konsultazzjoni ma' dawk ir-reġjuni. 3. Fir-rigward tal-ispeċijiet aljeni invażivi inklużi fil-listi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, fir-reġjuni ultraperiferiċi rispettivi, japplikaw il-miżuri kif previsti fl-Artikoli 7 sa 9, 13 sa 17, 19 u 20, skont il-każ. Dawk il-miżuri għandhom ikunu kompatibbli mat-Trattat u jiġu notifikati lill-Kummissjoni f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. 4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni u għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra dwar il-listi msemmija fil-paragrafu 2 u dwar kwalunkwe aġġornament ta' dawk il-listi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.12.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1143
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|