|
+Artikolu 13 Pjanijiet ta' azzjoni dwar id-direzzjonijiet tal-ispeċijiet aljeni invażivi ---+Article 13 1. ---+Article 13 2. ---+Article 13 3. ---+Article 13 4. ---+Article 13 5. |
Artikolu 13 Pjanijiet ta' azzjoni dwar id-direzzjonijiet tal-ispeċijiet aljeni invażiviArtikolu 13 Pjanijiet ta' azzjoni dwar id-direzzjonijiet tal-ispeċijiet aljeni invażivi 1. L-Istati Membri għandhom, fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni, jagħmlu analiżi komprensiva tad-direzzjonijiet tal-introduzzjoni u t-tixrid mhux intenzjonali ta' dawk l-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni għall-inqas fit-territorju tagħhom, kif ukoll fl-ibħra tagħhom kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/56/KE, u jidentifikaw id-direzzjonijiet li jeħtieġu azzjoni prijoritarja ('direzzjonijiet prijoritarji'), minħabba l-volum tal-ispeċijiet jew tal-ħsara potenzjali kkawżata mill-ispeċijiet li jidħlu fl-Unjoni minn dawk id-direzzjonijiet. 2. Fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta' azzjoni uniku jew sett ta' pjanijiet ta' azzjoni biex jindirizza l-mogħdijiet prijoritarji li jkun identifika abbażi tal-paragrafu 1. Il-pjanijiet ta' azzjoni għandhom jinkludu skedi ta' żmien għall-azzjoni u għandhom jiddeskrivu l-miżuri li ser jiġu adottati u, skont il-ħtieġa, l-azzjonijiet volontarji u l-kodiċijiet tal-prattika korretta, biex jindirizzaw id-direzzjonijiet prijoritarji u jimpedixxu l-introduzzjoni u t-tixrid mhux intenzjonat ta' speċijiet aljeni invażivi lejn l-Unjoni jew fiha. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni bil-għan li jistabbilixxu pjan ta' azzjoni uniku jew sett ta' pjanijiet ta' azzjoni kkoordinati fil-livell reġjonali adatt skont l-Artikolu 22(1). Fejn ma jkunux stabbiliti pjanijiet ta' azzjoni reġjonali bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw pjanijiet ta' azzjoni għat-territorju tagħhom u, kemm jista' jkun, ikkoordinati fil-livell reġjonali adatt. 4. Il-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu, b'mod partikolari, miżuri bbażati fuq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, sabiex: (a) titqajjem kuxjenza; (b) tiġi minimizzata l-kontaminazzjoni ta' oġġetti, prodotti, vetturi u tagħmir minn kampjuni ta' speċijiet aljeni invażivi, inklużi miżuri li jindirizzaw it-trasport ta' speċijiet aljeni invażivi minn pajjiżi terzi; (c) jiġu żgurati l-verifiki xierqa fil-fruntieri tal-Unjoni, apparti l-kontrolli uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 15. 5. Il-pjanijiet ta' azzjoni stabbiliti skont il-paragrafu 2 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. L-Istati Membri għandhom jirrivedu l-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom u jibagħtuhom lura lill-Kummissjoni għall-inqas kull sitt snin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|