+KAPITOLU II PREVENZJONI
---+Artikolu 7 Restrizzjonijiet
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
---+Artikolu 8 Permessi
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
------+Article 8 4.
------+Article 8 5.
------+Article 8 6.
------+Article 8 7.
------+Article 8 8.
---+Artikolu 9 Awtorizzazzjonijiet
------+Article 9 1.
------+Article 9 2.
------+Article 9 3.
------+Article 9 4.
------+Article 9 5.
------+Article 9 6.
------+Article 9 7.
------+Article 9 8.
---+Artikolu 10 Miżuri ta' emerġenza
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
------+Article 10 3.
------+Article 10 4.
------+Article 10 5.
------+Article 10 6.
------+Article 10 7.
---+Artikolu 11 Speċijiet aljeni invażivi ta' interess reġjonali u speċijiet indiġeni tal-Unjoni
------+Article 11 1.
------+Article 11 2.
------+Article 11 3.
---+Artikolu 12 Speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istat Membru
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
---+Artikolu 13 Pjanijiet ta' azzjoni dwar id-direzzjonijiet tal-ispeċijiet aljeni invażivi
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
------+Article 13 3.
------+Article 13 4.
------+Article 13 5.

KAPITOLU II PREVENZJONI

KAPITOLU II PREVENZJONI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 Restrizzjonijiet

Artikolu 7

Restrizzjonijiet

1.  L-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni m'għandhomx b'mod intenzjonat:

(a) jiddaħħlu fit- territorju tal-Unjoni, inkluż fi transitu taħt superviżjoni doganali;

(b) jinżammu, inkluż f'faċilità kkonfinata;

(c) jitrabbew, inkluż f'faċilità kkonfinata;

(d) jiġu ttrasportati lejn, minn jew ġewwa l-Unjoni, bl-eċċezzjoni tat-trasport ta' speċijiet lejn faċilitajiet fil-kuntest tal-qerda;

(e) jitqiegħdu fis-suq;

(f) jintużaw jew jiġu skambjati;

(g) jitħallew jirriproduċu, jikbru jew jiġu kkultivati, inkluż f'faċilità kkonfinata; jew

(h) jiġu rrilaxxati fl-ambjent.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jevitaw l-introduzzjoni jew it-tixrid mhux intenzjonati, inklużi, fejn applikabbli, b'negliġenza gravi, ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni.

Artikolu 8 Permessi

Artikolu 8

Permessi

1.  Permezz ta’ deroga mir-restrizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b), (c), (d), (f) u (g) tal-Artikolu 7(1), u soġġett għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ permessi li tippermetti li l-istabbilimenti jagħmlu riċerka dwar, jew il-konservazzjoni ex situ ta', speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni. Fejn l-użu ta' prodotti derivati minn speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni ma jistax jiġi evitat fl-avvanz tas-saħħa tal-bniedem, l-Istati Membri jistgħu wkoll jinkludu l-produzzjoni xjentifika u l-użu mediċinali sussegwenti fi ħdan is-sistema tagħhom tal-permessi.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex joħorġu l-permessi msemmija fil-paragrafu 1 għal attivitajiet li jsiru f'faċilità kkonfinata li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-ispeċi aljena invażiva li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni tinżamm u tiġi ttrattata f'faċilitajiet ikkonfinati skont il-paragrafu 3;

(b) l-attività ssir minn persunal bi kwalifiki adatti kif stabbilit mill-awtoritajiet komptenti;

(c) it-trasport lejn u mill-faċilità kkonfinata jsir f'kondizzjonijiet li jeskludu l-ħarba ta' speċijiet aljeni invażivi kif stabbilit mill-permess;

(d) fil-każ ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni li huma annimali, dawn jiġu mmarkati jew inkella jiġu identifikati b'mod effettiv, skont il-każ, bl-użu ta’ metodi li ma jikkawżawx uġigħ, tensjoni jew tbatija li jkunu evitabbli;

(e) ikun ġestit b'mod effettiv ir-riskju tal-ħarba jew ta' tixrid jew ta' tneħħija, b'kont meħud tal-identità, il-bijoloġija u l-mezzi tat-tixrid tal-ispeċijiet, l-attività u l-faċilità kkonfinata maħsuba, l-interazzjoni mal-ambjent u fatturi rilevanti oħra;

(f) jitfasslu mill-applikant sistema ta' sorveljanza kontinwa u pjan ta' kontinġenza li jkopri l-ħarba jew it-tixrid possibbli, inkluż pjan għall-qerda. Il-pjan ta' kontinġenza għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti. Jekk isseħħ ħarba jew iseħħ tixrid, għandu jiġu implimentat minnufih il-pjan ta' kontinġenza u l-permess jista' jiġi rtirat fuq bażi temporanja jew permanenti.

Il-permess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun limitat għal għadd ta' speċijiet aljeni invażivi u eżemplari li ma jaqbiżx il-kapaċità tal-faċilità kkonfinata. Huwa għandu jinkludi r-restrizzjonijiet meħtieġa għall-mitigazzjoni tar-riskju tal-ħarba jew tat-tixrid tal-ispeċi kkonċernata. Huwa għandu jakkumpanja l-ispeċijiet aljeni invażivi li għalihom ikun qed jirriferi l-ħin kollu meta dawk l-ispeċijiet jinżammu, jiddaħħlu jew jiġu ttrasportati fl-Unjoni.

3.  L-eżemplari għandhom jitqiesu bħala li qed jinżammu f'faċilitajiet ikkonfinati jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-eżemplari ikunu fiżikament iżolati u ma jistgħux jaħarbu jew jinxterdu jew jitneħħew minn persuni mhux awtorizzati mill-faċilitajiet fejn jinżammu;

(b) il-protokolli tat-tindif, tal-ġestjoni tal-iskart u tal-manteniment għandhom jiżguraw li l-ebda eżemplar jew parti riproduċibbli ma jkunu jistgħu jaħarbu, jinxterdu jew jitneħħew minn persuni mhux awtorizzati;

(c) it-tneħħija tal-eżemplari mill-faċilitajiet, ir-rimi jew il-qerda jew il-qtil b'mod mhux krudili jsir b'tali mod li jeskludi l-propagazzjoni jew ir-riproduzzjoni barra mill-faċilitajiet.

4.  Meta japplika għall-permess, l-applikant għandu jipprovdi l-evidenza neċessarja kollha biex jippermetti li l-awtorità kompetenti tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 humiex sodisfatti.

5.  L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jirtiraw il-permess fi kwalunkwe mument, fuq bażi temporanja jew permanenti, jekk iseħħu ġrajjiet mhux mistennija b'impatt negattiv fuq il-bijodiversità jew is-servizzi relatati tal-ekosistema. Kwalunkwe rtirar ta' permess għandu jkun ġustifikat b'raġunijiet xjentifiċi u, fejn l-informazzjoni xjentifika tkun insuffiċjenti, minħabba l-prinċipju ta' prekawzjoni u b'konsiderazzjoni dovuta għar-regoli amministrattivi nazzjonali.

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-format tad-dokument li jservi bħala evidenza għall-permess maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). L-Istati Membri għandhom jużaw dak il-format għal dokument li jakkumpanja l-permess.

7.  Għall-permessi kollha maħruġa skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jagħmlu dan li ġej disponibbli fuq l-internet għall-pubbliku:

(a) l-ismijiet xjentifiċi u komuni tal-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni li jkun inħarġilhom permess;

(b) l-għadd jew il-volum tal-eżemplari kkonċernati;

(c) l-għan li għalih ikun maħruġ il-permess; u

(d) il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda kif previsti fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu ispezzjonijiet biex jiżguraw li dal-istabbiliment jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawk il-permessi maħruġin.

Artikolu 9 Awtorizzazzjonijiet

Artikolu 9

Awtorizzazzjonijiet

1.  F'każijiet eċċezzjonali, għal raġunijiet ta' interess pubbliku prevalenti, inklużi dawk ta' natura soċjali jew ekonomika, l-Istati Membri jistgħu joħorġu permessi biex l-istabbilimenti jagħmlu attivitajiet li mhumiex dawk imsemmija fl-Artikolu 8(1) soġġetti għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, skont il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu u soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u (3).

2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tħaddem sistema ta' awtorizzazzjoni elettronika u għandha tiddeċiedi dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni fi żmien 60 jum mir-riċezzjoni tal-applikazzjoni.

3.  L-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għandhom jiġu ppreżentati mill-Istati Membri bl-użu tas-sistema msemmija fil-paragrafu 2.

4.  Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a) id-dettalji tal-istabbiliment jew gruppi ta' stabbilimenti inklużi l-isem u l-indirizz tagħhom;

(b) l-ismijiet xjentifiċi u komuni tal-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni li tkun intalbet awtorizzazzjoni għalihom;

(c) il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda kif previsti fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87;

(d) l-għadd jew il-volum tal-eżemplari kkonċernati;

(e) ir-raġunijiet għall-awtorizzazzjoni mitluba;

(f) deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri previsti biex jiġi żgurat li ma jkunux possibbli li taħrab jew tinxtered mill-faċilitajiet ikkonfinati fejn ser tinżamm u tiġi ttratata l-ispeċi aljena invażiva li tkun sors ta' tħassib għall-Unjoni, kif ukoll tal-miżuri li jiżguraw li kwalunkwe trasport tal-ispeċi li jista' jkun meħtieġ isir taħt kondizzjonijiet li jeskludu l-ħarba;

(g) valutazzjoni tar-riskju ta' ħarba tal-ispeċi aljena invażiva li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni li tintalab awtorizzazzjoni għaliha, akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-miżuri li ser jiddaħħlu biex itaffu r-riskju;

(h) deskrizzjoni tas-sistema ta' sorveljanza ppjanata u tal-pjan ta' kontinġenza maħsub f'każ tal-possibbiltà ta' ħarba jew tixrid, inkluż fejn meħtieġ pjan ta' qerda;

(i) deskrizzjoni tal-liġi nazzjonali rilevanti applikabbli għal dawk l-istabbilimenti.

5.  L-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-awtorizzazzjoni għandha tkun speċifika għall-istabbiliment individwali, irrispettivament mill-proċedura ta' applikazzjoni segwita skont il-punt (a) tal-paragrafu 4, u għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u ż-żmien kemm iddum valida l-awtorizzazzjoni. L-awtorizzazzjoni għandha tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar il-forniment lill-istabbiliment ta' eżemplari addizzjonali jew sostituttivi għall-użu fl-attività li għaliha tintalab dik l-awtorizzazzjoni.

6.  Wara li tingħata awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, l-awtorità kompetenti tista' toħroġ il-permess imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-Artikolu 8(4) sa (8). Il-permess għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet kollha li jkunu speċifikati fl-awtorizzazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni.

7.  Il-Kummissjoni għandha tiċħad applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jekk ma jkunux osservati l-obbligi rilevanti stipulati f'dan ir-Regolament.

8.  Il-Kummissjoni għandha, kemm jista’ jkun malajr, tinforma lill-Istat Membru kkonċernat b’kull ċaħda ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni taħt il-paragrafu 7, u għandha tispeċifika r-raġuni taċ-ċaħda.

Artikolu 10 Miżuri ta' emerġenza

Artikolu 10

Miżuri ta' emerġenza

1.  Fejn Stat Membru jkollu evidenza dwar il-preżenza, jew ir-riskju imminenti tal-introduzzjoni, fit-territorju tiegħu ta' speċi aljena invażiva li mhijiex inkluża fil-lista tal-Unjoni, iżda li nstab mill-awtoritajiet kompetenti, abbażi ta' evidenza xjentifika preliminari, li aktarx tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(3), jista' minnufih jieħu miżuri ta' emerġenza li jikkonsistu fi kwalunkwe waħda mir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(1).

2.  L-Istat Membru li jintroduċi l-miżuri ta' emerġenza fit-territorju nazzjonali tiegħu li jinkludu l-applikazzjoni tal-punti (a), (d) jew (e) tal-Artikolu 7(1) għandu minnufih jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kollha dwar il-miżuri meħuda u l-evidenza li tiġġustifika dawk il-miżuri.

3.  L-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jagħmel valutazzjoni tar-riskju f'konformità mal-Artikolu 5 għall-ispeċi aljena invażiva soġġetta għall-miżuri ta' emerġenza, li tqis l-informazzjoni teknika u xjentifika disponibbli, u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tintroduċi l-miżuri ta' emerġenza, sabiex dik l-ispeċi tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni.

4.  Fejn il-Kummissjoni tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew ikollha evidenza oħra dwar il-preżenza jew ir-riskju imminenti tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' speċi aljena invażiva li mhijiex inkluża fil-lista tal-Unjoni, iżda li aktarx tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(3), hija għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tikkonkludi, abbażi tal-evidenza xjentifika preliminari, jekk hux probabbli li l-ispeċi ser tissodisfa dawk il-kriterji u tadotta miżuri ta' emerġenza għall-Unjoni li jikkonsistu fi kwalunkwe waħda mir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(1) għal żmien limitat fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn dik l-ispeċi, fejn tikkonkludi li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(3) aktarx li jiġu sodisfatti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

5.  Fejn il-Kummissjoni tadotta att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jirrevokaw jew jemendaw, skont il-każ, kwalunkwe miżura ta' emerġenza li jkunu ħadu.

6.  Fejn il-Kummissjoni tinkludi l-ispeċi aljena invażiva fil-lista tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jirrevokaw jew jemendaw il-miżuri tagħhom ta' emerġenza.

7.  Meta, wara l-valutazzjoni tar-riskju li ssir abbażi tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni ma tinkludix l-ispeċi aljena invażiva fil-lista tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jirrevokaw il-miżuri tagħhom ta' emerġenza meħuda abbażi tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jistgħu jinkludu dik l-ispeċi f'lista nazzjonali ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istat Membru, skont l-Artikolu 12(1), u jikkunsidraw il-kooperazzjoni reġjonali msaħħa skont l-Artikolu 11.

Artikolu 11 Speċijiet aljeni invażivi ta' interess reġjonali u speċijiet indiġeni tal-Unjoni

Artikolu 11

Speċijiet aljeni invażivi ta' interess reġjonali u speċijiet indiġeni tal-Unjoni

1.  L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw, mil-lista nazzjonali tagħhom, stabbilita f'konformità mal-Artikolu 12, ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istat Membru, speċijiet indiġeni jew mhux indiġeni fl-Unjoni li jeħtieġu kooperazzjoni msaħħa reġjonali.

2.  Fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni biex tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost dawk l-Istati Membri involuti, f'konformità mal-Artikolu 22(1). Fejn ikun meħtieġ, abbażi tal-impatti ta' ċerti speċijiet aljeni invażivi fuq il-bijodiversità u s-servizzi relatati tal-ekosistema kif ukoll fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ekonomija u dment li dan ikun issostanzjat tajjeb ħafna b'analiżi komprensiva tal-ġustifikazzjoni għal kooperazzjoni msaħħa reġjonali li ssir mill-Istati Membri li jagħmlu t-talba, il-Kummissjoni tista' tirrikjedi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li l-Istati Membri kkonċernati japplikaw, mutatis mutandis, fit-territorju tagħhom jew parti minnu, l-Artikoli 13, 14, u 16 l-Artikolu 17 minkejja l-Artikolu 18, kif ukoll japplikaw l-Artikoli 19 u 20, skont il-każ. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

3.  L-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib reġjonali u li jkunu indiġeni għal Stat Membru m'għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 13, 14, 16, 17, 19, 20 u 24 fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. L-Istati Membri li għalihom dawk l-ispeċijiet ikunu indiġeni għandhom jikkooperaw mal-Istati Membri kkonċernati għall-valutazzjoni tad-direzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 13 u, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħra, jistgħu jadottaw miżuri rilevanti biex jevitaw aktar tixrid ta' dawk l-ispeċijiet f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(1).

Artikolu 12 Speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istat Membru

Artikolu 12

Speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istat Membru

1.  Stat Membru jista' jistabbilixxi lista nazzjonali ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istat Membru. Għal dawk l-ispeċijiet aljeni invażivi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw, fit-territorju tagħhom, miżuri bħal dawk previsti fl-Artikoli 7, 8, 13 sa 17, 19 u 20, skont il-każ. Dawk il-miżuri għandhom ikunu kompatibbli mat-Trattat u jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-ispeċijiet li huma jqisu bħala speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istati Membri u dwar il-miżuri applikati skont il-paragrafu 1.

Artikolu 13 Pjanijiet ta' azzjoni dwar id-direzzjonijiet tal-ispeċijiet aljeni invażivi

Artikolu 13

Pjanijiet ta' azzjoni dwar id-direzzjonijiet tal-ispeċijiet aljeni invażivi

1.  L-Istati Membri għandhom, fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni, jagħmlu analiżi komprensiva tad-direzzjonijiet tal-introduzzjoni u t-tixrid mhux intenzjonali ta' dawk l-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni għall-inqas fit-territorju tagħhom, kif ukoll fl-ibħra tagħhom kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/56/KE, u jidentifikaw id-direzzjonijiet li jeħtieġu azzjoni prijoritarja ('direzzjonijiet prijoritarji'), minħabba l-volum tal-ispeċijiet jew tal-ħsara potenzjali kkawżata mill-ispeċijiet li jidħlu fl-Unjoni minn dawk id-direzzjonijiet.

2.  Fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta' azzjoni uniku jew sett ta' pjanijiet ta' azzjoni biex jindirizza l-mogħdijiet prijoritarji li jkun identifika abbażi tal-paragrafu 1. Il-pjanijiet ta' azzjoni għandhom jinkludu skedi ta' żmien għall-azzjoni u għandhom jiddeskrivu l-miżuri li ser jiġu adottati u, skont il-ħtieġa, l-azzjonijiet volontarji u l-kodiċijiet tal-prattika korretta, biex jindirizzaw id-direzzjonijiet prijoritarji u jimpedixxu l-introduzzjoni u t-tixrid mhux intenzjonat ta' speċijiet aljeni invażivi lejn l-Unjoni jew fiha.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni bil-għan li jistabbilixxu pjan ta' azzjoni uniku jew sett ta' pjanijiet ta' azzjoni kkoordinati fil-livell reġjonali adatt skont l-Artikolu 22(1). Fejn ma jkunux stabbiliti pjanijiet ta' azzjoni reġjonali bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw pjanijiet ta' azzjoni għat-territorju tagħhom u, kemm jista' jkun, ikkoordinati fil-livell reġjonali adatt.

4.  Il-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu, b'mod partikolari, miżuri bbażati fuq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, sabiex:

(a) titqajjem kuxjenza;

(b) tiġi minimizzata l-kontaminazzjoni ta' oġġetti, prodotti, vetturi u tagħmir minn kampjuni ta' speċijiet aljeni invażivi, inklużi miżuri li jindirizzaw it-trasport ta' speċijiet aljeni invażivi minn pajjiżi terzi;

(c) jiġu żgurati l-verifiki xierqa fil-fruntieri tal-Unjoni, apparti l-kontrolli uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 15.

5.  Il-pjanijiet ta' azzjoni stabbiliti skont il-paragrafu 2 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. L-Istati Membri għandhom jirrivedu l-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom u jibagħtuhom lura lill-Kummissjoni għall-inqas kull sitt snin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.12.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1143
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.