+Artikolu 22 Kooperazzjoni u informazzjoni
---+Article 22 1.
---+Article 22 2.
---+Article 22 3.

Artikolu 22 Kooperazzjoni u informazzjoni

Artikolu 22

Kooperazzjoni u informazzjoni

1.  Meta jikkonformaw mal-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kollha kkonċernati u, fejn ikun prattiku u adatt, jużaw l-istrutturi eżistenti derivanti minn ftehimiet reġjonali jew internazzjonali. B'mod partikolari, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistinkaw sabiex jiżguraw koordinazzjoni mal-Istati Membri l-oħra li jikkondividu:

(a) l-istess subreġjuni tal-baħar f'konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/56/KE, fir-rigward ta' speċijiet tal-baħar;

(b) l-istess reġjun bijoġeografiku f'konformità mal-punt (iii) tal-punt (ċ) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE, fir-rigward ta' speċijiet mhux tal-baħar;

(c) l-istess fruntieri;

(d) l-istess baċir ta' xmara f'konformità mal-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE, fir-rigward ta' speċijiet tal-ilma ħelu; jew

(e) kwalunkwe kwistjoni oħra komuni ta' tħassib.

Fuq talba tal-Istati Membri involuti, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni biex tiffaċilita l-koordinazzjoni.

2.  Meta jikkonformaw mal-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jikkooperaw ma' pajjiżi terzi, kif ikun meħtieġ, inkluż bl-użu ta' strutturi eżistenti derivanti minn ftehimiet reġjonali jew internazzjonali, għall-finijiet li jinkisbu l-objettivi ta' dan ir-Regolament.

3.  L-Istati Membri jistgħu wkoll japplikaw dispożizzjonijiet bħal dawk imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, biex jiżguraw koordinazzjoni u kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra rilevanti fir-rigward ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istat Membru identifikati f'listi nazzjonali adottati f'konformità mal-Artikolu 12(1). L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu mekkaniżmi għal kooperazzjoni fil-livell adatt għal dawk l-ispeċijiet aljeni invażivi. Mekkaniżmi bħal dawn jistgħu jinkludu skambju ta' informazzjoni u data, pjanijiet ta' azzjoni dwar mogħdijiet u skambju tal-aħjar prattika dwar ġestjoni, kontroll u qerda ta' speċijiet aljeni invażivi, sistemi ta' twissija bikrija u programmi marbuta mal-kuxjenza pubblika jew l-edukazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 22 1.

Member States shall, when complying with their obligations under this Regulation, make every effort to ensure close coordination with all Member States concerned and, where practical and appropriate, use existing structures arising from regional or international agreements. In particular, Member States concerned shall endeavour to ensure coordination with other Member States that share:

(a) 

the same marine subregions in accordance with Article 4(2) of Directive 2008/56/EC, regarding marine species;

(b) 

the same biogeographical region in accordance with point (iii) of point (c) of Article 1 of Directive 92/43/EEC, regarding non-marine species;

(c) 

the same borders;

(d) 

the same river basin in accordance with point (13) of Article 2 of Directive 2000/60/EC, regarding fresh water species; or

(e) 

any other common concern.

At the request of the Member States involved, the Commission shall act to facilitate the coordination.

Article 22 2.
Member States shall, when complying with their obligations under this Regulation, endeavour to cooperate with third countries, as appropriate, including by using existing structures arising from regional or international agreements, for the purpose of meeting the objectives of this Regulation.
Article 22 3.
Member States may also apply provisions, such as those referred to in paragraph 1 of this Article, to ensure coordination and cooperation with other relevant Member States as regards invasive alien species of Member State concern identified in national lists adopted in accordance with Article 12(1). Member States may also establish mechanisms for cooperation at the appropriate level for those invasive alien species. Such mechanisms may include exchange of information and data, action plans on pathways and exchange of best practice on management, control and eradication of invasive alien species, early warning systems and programmes related to public awareness or education.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.12.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1143
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.