|
+Artikolu 31 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għas-sidien mhux kummerċjali ---+Article 31 1. ---+Article 31 2. ---+Article 31 3. ---+Article 31 4. |
Artikolu 31 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għas-sidien mhux kummerċjaliArtikolu 31 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għas-sidien mhux kummerċjali 1. Permezz ta' deroga mill-punti (b) u (d) tal-Artikolu 7(1), is-sidien ta' annimali tal-kumpanija li ma jkunux miżmuma għal skopijiet kummerċjali u li jappartjentu għall-ispeċijiet aljeni invażivi inklużi fil-lista tal-Unjoni għandhom jitħallew iżommuhom sat-tmiem tal-ħajja naturali tal-annimali, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) l-annimali kienu qed jinżammu qabel ma ġew inklużi fil-lista tal-Unjoni; (b) l-annimali jinżammu f'faċilità kkonfinata u jittieħdu l-miżuri xierqa kollha li jiżguraw li r-riproduzzjoni jew il-ħarba mhumiex possibbli. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jinfurmaw lis-sidien mhux kummerċjali dwar ir-riskji kkawżati biż-żamma tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1 u dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi minimizzat ir-riskju tar-riproduzzjoni u tal-ħarba permezz ta' programmi ta' sensibilizzazzjoni u edukazzjoni organizzati mill-Istati Membri. 3. Is-sidien mhux kummerċjali li ma jistgħux jiżguraw li l-kondizzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 1 ikunu sodisfatti ma għandhomx ikunu permessi jżommu l-annimali kkonċernati. L-Istati Membri jistgħu joffrulhom il-possibbiltà li jitteħdilhom l-inkarigu tal-annimali tagħhom. Fejn iseħħ dan għandu jingħata kont dovut lit-trattament xieraq tal-annimali. 4. L-annimali msemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jistgħu jinżammu mill-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 8 jew fil-faċilitajiet stabbiliti mill-Istat Membru għal dak il-għan. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|