+KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 24 Rappurtar u reviżjoni
------+Article 24 1.
------+Article 24 2.
------+Article 24 3.
------+Article 24 4.
---+Artikolu 25 Sistema ta' appoġġ għall-informazzjoni
------+Article 25 1.
------+Article 25 2.
------+Article 25 3.
---+Artikolu 26 Parteċipazzjoni pubblika
---+Artikolu 27 Kumitat
------+Article 27 1.
------+Article 27 2.
------+Article 27 3.
---+Artikolu 28 Forum xjentifiku
---+Artikolu 29 Eżerċizzju tad-delega
------+Article 29 1.
------+Article 29 2.
------+Article 29 3.
------+Article 29 4.
------+Article 29 5.
---+Artikolu 30 Penali
------+Article 30 1.
------+Article 30 2.
------+Article 30 3.
------+Article 30 4.
---+Artikolu 31 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għas-sidien mhux kummerċjali
------+Article 31 1.
------+Article 31 2.
------+Article 31 3.
------+Article 31 4.
---+Artikolu 32 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ħażniet kummerċjali
------+Article 32 1.
------+Article 32 2.
------+Article 32 3.
---+Artikolu 33 Dħul fis-seħħ

KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 Rappurtar u reviżjoni

Artikolu 24

Rappurtar u reviżjoni

1.  Sal-1 ta' Ġunju 2019, u kull sitt snin wara, l-Istati Membri għandhom jaġġornaw u jibagħtu lill-Kummissjoni dawn li ġejjin:

(a) deskrizzjoni, jew verżjoni aġġornata, tas-sistema ta' sorveljanza skont l-Artikolu 14 u tas-sistema uffiċjali ta' kontroll fuq l-ispeċijiet aljeni li jidħlu fl-Unjoni skont l-Artikolu 15;

(b) id-distribuzzjoni tal-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni jew reġjonali f'konformità mal-Artikolu 11(2) preżenti fit-territorju tagħhom, inkluża informazzjoni dwar ix-xejriet migratorji jew riproduttivi;

(c) informazzjoni dwar l-ispeċijiet ikkunsidrati bħala speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istati Membri skont l-Artikolu 12(2);

(d) il-pjanijiet ta' azzjoni msemmijin fl-Artikolu 13(2);

(e) informazzjoni aggregata li tkopri t-territorju nazzjonali kollu dwar il-miżuri ta' qerda meħuda f'konformità mal-Artikolu 17, il-miżuri ta' ġestjoni meħudin skont l-Artikolu 19, l-effettività tagħhom, u l-impatt fuq speċijiet mhux fil-mira;

(f) in-numru ta' permessi msemmija fl-Artikolu 8 u l-għan li għalih inħarġu;

(g) miżuri meħuda biex il-pubbliku jkun infurmat dwar il-preżenza ta’ speċi aljena invażiva u kwalunkwe azzjoni li ċ-ċittadini ntalbu li jieħdu;

(h) l-ispezzjonijiet meħtieġa taħt l-Artikolu 8(8); u

(i) informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-azzjoni meħuda biex jikkonformaw ma' dan ir-Regolament, meta tkun disponibbli.

2.  Sal-5 ta’ Novembru 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u jinfurmaw lill-Istati membri l-oħra dwar l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.  Sal-1 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament inklużi l-lista tal-Unjoni, il-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2), is-sistema ta' sorveljanza, il-kontrolli doganali, l-obbligu tal-qerda u l-obbligi ta' ġestjoni, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista' jkollu miegħu proposti leġiżlattivi għall-emendar ta' dan ir-Regolament, inklużi bidliet fil-lista tal-Unjoni. Dik ir-reviżjoni għandha teżamina wkoll l-effettività tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni dwar l-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib reġjonali, il-ħtieġa u l-fattibbiltà tal-inklużjoni ta' speċijiet fil-lista tal-Unjoni li jkunu indiġeni għall-Unjoni u jekk hijiex meħtieġa aktar armonizzazzjoni biex iżżid l-effettività tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri meħudin mill-Istati Membri.

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-formati tekniċi għar-rappurtar biex tissimplifika u tirrazzjonalizza l-obbligi ta' rappurtar għall-Istati Membri fir-rigward tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

Artikolu 25 Sistema ta' appoġġ għall-informazzjoni

Artikolu 25

Sistema ta' appoġġ għall-informazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha progressivament tistabbilixxi sistema ta' appoġġ għall-informazzjoni meħtieġa biex tiffaċilita l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Sat-2 ta’ Jannar 2016, dik is-sistema għandha tinkludi mekkaniżmu ta' appoġġ għad-data li jgħaqqad is-sistemi ta' data eżistenti dwar l-ispeċijiet aljeni invażivi, li jagħti attenzjoni partikolari lill-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni, sabiex jiffaċilita r-rappurtar f'konformità mal-Artikolu 24.

Il-mekkaniżmu ta' appoġġ għad-data li huwa msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir għodda li tgħin lill-Kummissjoni u l-Istati Membri fit-trattament tan-notifiki rilevanti meħtieġa mill-Artikolu 16(2).

3.  Sat-2 ta’ Jannar 2019, il-mekkaniżmu ta' appoġġ għad-data msemmi fil-paragrafu 2 għandu jsir mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni dwar aspetti tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Huwa jista' jinkludi wkoll informazzjoni dwar speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Istati Membri, u dwar mogħdijiet, valutazzjoni tar-riskju, miżuri ta' ġestjoni u ta' qerda, meta tkun disponibbli.

Artikolu 26 Parteċipazzjoni pubblika

Artikolu 26

Parteċipazzjoni pubblika

Fejn ikunu qed jiġu stabbiliti pjanijiet ta' azzjoni f'konformità mal-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament u fejn ikunu qed jiġu stabbiliti miżuri ta' ġestjoni f'konformità mal-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet effettivi minn kmieni biex jipparteċipa fit-tħejjija, il-modifika jew ir-reviżjoni tagħhom, billi jintużaw l-arranġamenti diġà ddeterminati mill-Istati Membri f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2003/35/KE.

Artikolu 27 Kumitat

Artikolu 27

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u jista' jkun megħjun fil-kompiti tiegħu mill-forum xjentifiku msemmi fl-Artikolu 28.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 28 Forum xjentifiku

Artikolu 28

Forum xjentifiku

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-komunità xjentifika maħtura mill-Istati Membri biex jingħataw pariri dwar kwalunkwe kwistjoni xjentifika relatata mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 4, 5, 10 u 18. Dawk ir-rappreżentanti għandhom jiltaqgħu f'forum xjentifiku. Ir-regoli ta' proċedura ta' dak il-forum għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni.

Artikolu 29 Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 29

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta’ Jannar 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hi għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 30 Penali

Artikolu 30

Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu applikati.

2.  Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

3.  Il-penali previsti jistgħu jinkludu, fost oħrajn:

(a) multi;

(b) konfiska tal-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni li mhumiex konformi;

(c) sospensjoni immedjata jew irtirar immedjat ta' permess maħruġ skont l-Artikolu 8.

4.  Sat-2 ta’ Jannar 2016, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u kwalunkwe emenda sussegwenti mingħajr dewmien.

Artikolu 31 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għas-sidien mhux kummerċjali

Artikolu 31

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għas-sidien mhux kummerċjali

1.  Permezz ta' deroga mill-punti (b) u (d) tal-Artikolu 7(1), is-sidien ta' annimali tal-kumpanija li ma jkunux miżmuma għal skopijiet kummerċjali u li jappartjentu għall-ispeċijiet aljeni invażivi inklużi fil-lista tal-Unjoni għandhom jitħallew iżommuhom sat-tmiem tal-ħajja naturali tal-annimali, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-annimali kienu qed jinżammu qabel ma ġew inklużi fil-lista tal-Unjoni;

(b) l-annimali jinżammu f'faċilità kkonfinata u jittieħdu l-miżuri xierqa kollha li jiżguraw li r-riproduzzjoni jew il-ħarba mhumiex possibbli.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jinfurmaw lis-sidien mhux kummerċjali dwar ir-riskji kkawżati biż-żamma tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1 u dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi minimizzat ir-riskju tar-riproduzzjoni u tal-ħarba permezz ta' programmi ta' sensibilizzazzjoni u edukazzjoni organizzati mill-Istati Membri.

3.  Is-sidien mhux kummerċjali li ma jistgħux jiżguraw li l-kondizzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 1 ikunu sodisfatti ma għandhomx ikunu permessi jżommu l-annimali kkonċernati. L-Istati Membri jistgħu joffrulhom il-possibbiltà li jitteħdilhom l-inkarigu tal-annimali tagħhom. Fejn iseħħ dan għandu jingħata kont dovut lit-trattament xieraq tal-annimali.

4.  L-annimali msemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jistgħu jinżammu mill-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 8 jew fil-faċilitajiet stabbiliti mill-Istat Membru għal dak il-għan.

Artikolu 32 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ħażniet kummerċjali

Artikolu 32

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ħażniet kummerċjali

1.  Kull min iżomm ħażna kummerċjali ta' eżemplari ta' speċijiet aljeni invażivi miksuba qabel l-inklużjoni tagħhom fil-lista tal-Unjoni għandu jingħata sa sentejn wara l-inklużjoni tal-ispeċi f'dik il-lista biex iżomm u jittrasporta speċijiet ħajjin jew partijiet riproduċibbli ta' dawk l-ispeċijiet sabiex ibigħhom jew jittrasferixxihom lill-istabbilimenti tar-riċerka jew tal-konservazzjoni ex situ u għall-finijiet ta' attivitajiet ta' mediċina msemmija fl-Artikolu 8, dment li l-eżemplari jinżammu u jiġu ttrasportati f'faċilità konfinata u jiddaħħlu fis-seħħ il-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li ma tistax issir riproduzzjoni jew ħarba; jew biex joqtol jew jipproċessa dawk l-eżemplari b'mod uman biex l-istokk tagħhom jispiċċa.

2.  Il-bejgħ jew trasferiment ta' eżemplari ħajjin lil utenti mhux kummerċjali għandha tkun permessa għal sena wara l-inklużjoni tal-ispeċi fil-lista tal-Unjoni dment li l-eżemplari jinżammu u jiġu ttrasportati f'faċilità kkonfinata u li jiddaħħlu fis-seħħ il-miżuri kollha adatti li jiżguraw li ma tistax issir riproduzzjoni jew ħarba.

3.  Fejn ikun inħareġ permess taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 708/2007 għal speċi tal-akkwakultura li sussegwentement tkun inkluża fil-lista tal-Unjoni, u t-tul taż-żmien tal-permess ikun iktar mill-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu jirtira l-permess f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 708/2007 sa tmiem il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 33 Dħul fis-seħħ

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2015..

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.


( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016., p. 4)

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

( 3 ) Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.12.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1143
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.