Artikolu 5
Kosti annwali
1. Il-kosti annwali għandhom ikunu l-bażi għad-determinazzjoni tat-tariffi superviżorji annwali u għandhom jiġu rkuprati permezz tal-ħlas ta' dawk it-tariffi superviżorji annwali.
2. L-ammont tal-kosti annwali għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-ammont tan-nefqa annwali li tikkonsisti minn kwalunkwe spejjeż imġarrbin mill-BĊE fil-perijodu tariffarju rilevanti li hija relatata direttament jew indirettament mal-kompiti superviżorji tiegħu.
▼M1 —————
▼B
3. Fid-determinazzjoni tal-kosti annwali, il-BĊE għandu jqis:
(a)
kwalunkwe ammont tariffarju relatat mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru;
(b)
kwalunkwe ħlas ta' imgħaxijiet irċevut skont l-Artikolu 14;
(c)
kwalunkwe ammont irċevut jew rifuż skont l-Artikolu 7(3).
▼M1
4. Fi żmien erba’ xhur mit-tmiem ta’ kull perijodu tariffarju, l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għal kull kategorija ta’ entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għal dak il-perijodu tariffarju għandu jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-BĊE.
▼M1 —————
▼B