+PART III DETERMINING THE ANNUAL SUPERVISORY FEE
---+Artikolu 7 Entitajiet taħt superviżjoni ġodda, entitajiet li m’għadhomx taħt superviżjoni jew bidla fl-istatus
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.
------+Article 7 3.
---+Artikolu 8 Qsim ta' kosti annwali bejn entitajiet sinifikanti u inqas sinifikanti taħt superviżjoni
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
---+Artikolu 10 Tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni jew gruppi taħt superviżjoni
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
------+Article 10 3.
------+Article 10 4.
------+Article 10 5.
------+Article 10 6.

PART III DETERMINING THE ANNUAL SUPERVISORY FEE

PART III DETERMINING THE ANNUAL SUPERVISORY FEE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 Entitajiet taħt superviżjoni ġodda, entitajiet li m’għadhomx taħt superviżjoni jew bidla fl-istatus

Artikolu 7

▼M1

Entitajiet taħt superviżjoni ġodda, entitajiet li m’għadhomx taħt superviżjoni jew bidla fl-istatus

▼B

1.  Meta entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni jkunu taħt superviżjoni għal parti mill-perijodu tariffarju biss, it-tariffa superviżorja annwali għandha tiġi kkalkulata b'referenza għan-numru ta' xhur sħaħ tal-perijodu tariffarju li għalih l-entità taħt superviżjoni jew il-grupp taħt superviżjoni jkunu taħt superviżjoni.

▼M1

2.  Meta, wara deċiżjoni tal-BĊE f’dak is-sens, il-BĊE jassumi s-superviżjoni diretta ta’ entità taħt superviżjoni jew ta’ grupp taħt superviżjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), jew is-superviżjoni diretta ta’ entità taħt superviżjoni jew ta’ grupp taħt superviżjoni mill-BĊE tintemm skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), it-tariffa superviżjorja annwali għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tan-numru ta’ xhur li matulhom l-entità taħt superviżjoni jew il-grupp taħt superviżjoni kienu taħt superviżjoni diretta jew indiretta mill-BĊE fl-aħħar jum tax-xahar.

▼B

3.  Fejn l-ammont tat-tariffa superviżorja annwali imposta jiddevja mill-ammont tat-tariffa kkalkulata skont il-paragrafi 1 jew 2, għandha titħallas rifużjoni lid-debitur tariffarju, jew għandha tinħareġ fattura addizzjonali mill-BĊE li għandha titħallas mid-debitur tariffarju.

Artikolu 8 Qsim ta' kosti annwali bejn entitajiet sinifikanti u inqas sinifikanti taħt superviżjoni

Artikolu 8

Qsim ta' kosti annwali bejn entitajiet sinifikanti u inqas sinifikanti taħt superviżjoni

1.  Sabiex tiġi kkalkulata t-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni u grupp taħt superviżjoni l-kosti annwali għandhom jinqasmu f'żewġ partijiet, waħda għal kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni, skont kif ġej:

(a) 

il-kosti annwali li jiġu rkuprati minn entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni;

(b) 

il-kosti annwali li jiġu rkuprati minn entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni;

2.  Il-qsim ta' kosti annwali skont il-paragrafu 1 għandu jsir fuq il-bażi tal-kosti allokati lill-funzjonijiet relevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni indiretta ta' entitajiet inqas sinifkanti taħt superviżjoni.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 10 Tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni jew gruppi taħt superviżjoni

Artikolu 10

Tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni jew gruppi taħt superviżjoni

1.  It-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' kull entità sinifkanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni għandha tiġi ddeterminata bl-allokazzjoni tal-ammont li għandu jiġi impost fuq il-kategorija ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni lill-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni individwali u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni fuq il-bażi tal-fatturi tariffarji tagħhom.

2.  It-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' kull entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni u grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni għandha tiġi ddeterminata bl-allokazzjoni tal-entitajiet inqas sinifikanti individwali taħt superviżjoni u l-gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni fuq il-bażi tal-fatturi tariffarji tagħhom.

3.  Il-fatturi tariffarji fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni ġewwa l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi li ġejja.

▼M1

(a) 

Il-fatturi tariffarji użati għad-determinazzjoni tat-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta’ kull entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni għandhom ikunu l-ammont fid-data ta’ referenza ta’:

(i) 

assi totali; u

(ii) 

iskopertura tar-riskju totali.

▼M1 —————

▼M1

(ba) 

Il-fatturi tariffarji għandhom ikunu ddeterminati għal kull perijodu tariffarju fuq il-bażi tad-dejta rrappurtata mill-entitajiet taħt superviżjoni għal finijiet prudenzjali b’data ta’ referenza tal-31 ta’ Diċembru tal-perijodu tariffarju preċedenti.

(bb) 

Meta entità taħt superviżjoni tħejji l-kontijiet annwali, inklużi l-kontijiet annwali konsolidati, ibbażati fuq sena tal-kontabilità li tvarja mis-sena kalendarja, id-data ta’ referenza għall-assi totali għandha tkun it-tmiem tas-sena tal-kontabilità li jikkorrispondi għall-perijodu tariffarju preċedenti.

(bc) 

Meta entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni jiġi stabbilit wara d-data ta’ referenza rilevanti speċifikata fil-punti (ba) jew (bb) iżda qabel l-1 ta’ Ottubru tal-perijodu tariffarju li għalih it-tariffa hija ddeterminata u għaldaqstant ma jeżistux fatturi tariffarji b’dik id-data ta’ referenza, id-data ta’ referenza għall-fatturi tariffarji għandha tkun it-tmiem tal-kwart l-eqreb għad-data ta’ referenza rilevanti speċifikata fil-punti (ba) jew (bb).

(bd) 

Għal entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni li mhumiex soġġetti għar-rappurtar obbligatorju għal finijiet prudenzjali jew gruppi taħt superviżjoni li jeskludu assi u/jew l-ammont ta’ skopertura tar-riskju ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi skont il-punt (c), il-fatturi tariffarji għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi tal-informazzjoni rrappurtata minnhom b’mod separat għall-fini tal-kalkolu tat-tariffa superviżorja. Il-fatturi tariffarji għandhom jiġu sottomessi lill-ANK ikkonċernata bid-data ta’ referenza rilevanti kif iddeterminata taħt il-punti (ba), (bb) jew (bc) skont deċiżjoni tal-BĊE.

▼M1

(c) 

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-fatturi tariffarji, gruppi taħt superviżjoni għandhom — bħala regola — jeskludu l-ammont ta’ assi u ta’ skopertura tar-riskju ta’ sussidjarji li jinsabu fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi. Gruppi taħt superviżjoni jistgħu jiddeċiedu li ma jeskludux dawn l-assi u/jew l-ammont ta’ skopertura għar-riskju għad-determinazzjoni tal-fatturi tariffarji.

▼B

(d) 

Għal entitajiet taħt superviżjoni jew gruppi taħt superviżjoni kklassifikati bħala anqas sinifikanti fuq il-bażi tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-fattur tariffarju tal-assi totali ma għandux jeċċedi EUR 30 biljun.

(e) 

Il-ponderazzjoni relattiva użata fir-rigward tal-fatturi tariffarji għandha tkun:

(i) 

assi totali: 50 %;

(ii) 

espożizzjoni totali għar-riskju: 50 %.

▼M1

4.  Is-somma tal-assi totali tad-debituri tariffarji u s-somma tal-iskopertura tar-riskju totali tad-debituri tariffarji għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE.

5.  F’każ li debitur tariffarju jonqos milli jipprovdi l-fatturi tariffarji, il-BĊE għandu jiddetermina l-fatturi tariffarji skont deċiżjoni tal-BĊE.

▼B

6.  Il-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali li għandha titħallas minn kull debitur tariffarju għandu jsir kif spjegat hawn isfel.

(a) 

It-tariffa superviżorja annwali hija s-somma tal-komponent tat-tariffa minima u l-komponent tat-tariffa varjabbli.

▼M1

(b) 

Il-komponent tat-tariffa minima huwa kkalkolat bħala perċentwali fissa tal-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għal kull kategorija ta’ entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni, kif iddeterminat skont l-Artikolu 8.

(i) 

Għall-kategorija ta’ entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, il-perċentwali fiss huwa ta’ 10 %. Dan l-ammont jinqasam b’mod indaqs fost id-debituri tariffarji kollha. Għal entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti that superviżjoni b’assi totali ta’ EUR 10 biljun jew inqas, il-komponent tat-tariffa minima jinżel bin-nofs.

(ii) 

Għall-kategorija ta’ entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, il-perċentwali fiss huwa ta’ 10 %. Dan l-ammont jinqasam b’mod indaqs fost d-debituri tariffarji kollha. Għal entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni b’assi totali ta’ EUR 1 biljun jew inqas, il-komponent tat-tariffa minima jinżel bin-nofs.

▼B

(c) 

Il-komponent tat-tariffa varjabbli huwa d-differenza bejn l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għal kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni, kif iddeterminat skont ►M1  l-Artikoli 8 ◄ u l-komponent tat-tariffa minima għall-istess kategorija. Il-komponent tat-tariffa varjabbli huwa allokat lil debituri tariffarji individwali f'kull kategorija skont is-sehem ta' kull debitur tariffarju fit-total tal-fatturi tariffarji pponderati tad-debituri tariffarji kif iddeterminat bis-saħħa tal-paragrafu 3.

▼M1

Fuq il-bażi tal-kalkolu mwettaq skont dan il-paragrafu u tal-fatturi tariffarji ddeterminati skont dan l-Artikolu, il-BĊE għandu jiddeċiedi dwar it-tariffa superviżorja annwali li għandha titħallas minn kull debitur tariffarju. It-tariffa superviżorja annwali li għandha titħallas għandha tiġi kkomunikata lid-debitur tariffarju permezz tal-avviż tariffarju.

▼B

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1163
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.