|
+Artikolu 10 Tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni jew gruppi taħt superviżjoni ---+Article 10 1. ---+Article 10 2. ---+Article 10 3. ---+Article 10 4. ---+Article 10 5. ---+Article 10 6. |
Artikolu 10 Tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni jew gruppi taħt superviżjoniArtikolu 10 Tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni jew gruppi taħt superviżjoni 1. It-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' kull entità sinifkanti taħt superviżjoni jew grupp sinifikanti taħt superviżjoni għandha tiġi ddeterminata bl-allokazzjoni tal-ammont li għandu jiġi impost fuq il-kategorija ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni lill-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni individwali u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni fuq il-bażi tal-fatturi tariffarji tagħhom. 2. It-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta' kull entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni u grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni għandha tiġi ddeterminata bl-allokazzjoni tal-entitajiet inqas sinifikanti individwali taħt superviżjoni u l-gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni fuq il-bażi tal-fatturi tariffarji tagħhom. 3. Il-fatturi tariffarji fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni ġewwa l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi li ġejja.
(a)
Il-fatturi tariffarji użati għad-determinazzjoni tat-tariffa superviżorja annwali li titħallas fir-rigward ta’ kull entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni għandhom ikunu l-ammont fid-data ta’ referenza ta’:
(i)
assi totali; u
(ii)
iskopertura tar-riskju totali. ▼M1 —————
(ba)
Il-fatturi tariffarji għandhom ikunu ddeterminati għal kull perijodu tariffarju fuq il-bażi tad-dejta rrappurtata mill-entitajiet taħt superviżjoni għal finijiet prudenzjali b’data ta’ referenza tal-31 ta’ Diċembru tal-perijodu tariffarju preċedenti.
(bb)
Meta entità taħt superviżjoni tħejji l-kontijiet annwali, inklużi l-kontijiet annwali konsolidati, ibbażati fuq sena tal-kontabilità li tvarja mis-sena kalendarja, id-data ta’ referenza għall-assi totali għandha tkun it-tmiem tas-sena tal-kontabilità li jikkorrispondi għall-perijodu tariffarju preċedenti.
(bc)
Meta entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni jiġi stabbilit wara d-data ta’ referenza rilevanti speċifikata fil-punti (ba) jew (bb) iżda qabel l-1 ta’ Ottubru tal-perijodu tariffarju li għalih it-tariffa hija ddeterminata u għaldaqstant ma jeżistux fatturi tariffarji b’dik id-data ta’ referenza, id-data ta’ referenza għall-fatturi tariffarji għandha tkun it-tmiem tal-kwart l-eqreb għad-data ta’ referenza rilevanti speċifikata fil-punti (ba) jew (bb).
(bd)
Għal entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni li mhumiex soġġetti għar-rappurtar obbligatorju għal finijiet prudenzjali jew gruppi taħt superviżjoni li jeskludu assi u/jew l-ammont ta’ skopertura tar-riskju ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi skont il-punt (c), il-fatturi tariffarji għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi tal-informazzjoni rrappurtata minnhom b’mod separat għall-fini tal-kalkolu tat-tariffa superviżorja. Il-fatturi tariffarji għandhom jiġu sottomessi lill-ANK ikkonċernata bid-data ta’ referenza rilevanti kif iddeterminata taħt il-punti (ba), (bb) jew (bc) skont deċiżjoni tal-BĊE.
(c)
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-fatturi tariffarji, gruppi taħt superviżjoni għandhom — bħala regola — jeskludu l-ammont ta’ assi u ta’ skopertura tar-riskju ta’ sussidjarji li jinsabu fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi. Gruppi taħt superviżjoni jistgħu jiddeċiedu li ma jeskludux dawn l-assi u/jew l-ammont ta’ skopertura għar-riskju għad-determinazzjoni tal-fatturi tariffarji.
(d)
Għal entitajiet taħt superviżjoni jew gruppi taħt superviżjoni kklassifikati bħala anqas sinifikanti fuq il-bażi tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-fattur tariffarju tal-assi totali ma għandux jeċċedi EUR 30 biljun.
(e)
Il-ponderazzjoni relattiva użata fir-rigward tal-fatturi tariffarji għandha tkun:
(i)
assi totali: 50 %;
(ii)
espożizzjoni totali għar-riskju: 50 %. 4. Is-somma tal-assi totali tad-debituri tariffarji u s-somma tal-iskopertura tar-riskju totali tad-debituri tariffarji għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE. 5. F’każ li debitur tariffarju jonqos milli jipprovdi l-fatturi tariffarji, il-BĊE għandu jiddetermina l-fatturi tariffarji skont deċiżjoni tal-BĊE. 6. Il-kalkolu tat-tariffa superviżorja annwali li għandha titħallas minn kull debitur tariffarju għandu jsir kif spjegat hawn isfel.
(a)
It-tariffa superviżorja annwali hija s-somma tal-komponent tat-tariffa minima u l-komponent tat-tariffa varjabbli.
(b)
Il-komponent tat-tariffa minima huwa kkalkolat bħala perċentwali fissa tal-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għal kull kategorija ta’ entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni, kif iddeterminat skont l-Artikolu 8.
(i)
Għall-kategorija ta’ entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, il-perċentwali fiss huwa ta’ 10 %. Dan l-ammont jinqasam b’mod indaqs fost id-debituri tariffarji kollha. Għal entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti that superviżjoni b’assi totali ta’ EUR 10 biljun jew inqas, il-komponent tat-tariffa minima jinżel bin-nofs.
(ii)
Għall-kategorija ta’ entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, il-perċentwali fiss huwa ta’ 10 %. Dan l-ammont jinqasam b’mod indaqs fost d-debituri tariffarji kollha. Għal entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni b’assi totali ta’ EUR 1 biljun jew inqas, il-komponent tat-tariffa minima jinżel bin-nofs.
(c)
Il-komponent tat-tariffa varjabbli huwa d-differenza bejn l-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali għal kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni, kif iddeterminat skont ►M1 l-Artikoli 8 ◄ u l-komponent tat-tariffa minima għall-istess kategorija. Il-komponent tat-tariffa varjabbli huwa allokat lil debituri tariffarji individwali f'kull kategorija skont is-sehem ta' kull debitur tariffarju fit-total tal-fatturi tariffarji pponderati tad-debituri tariffarji kif iddeterminat bis-saħħa tal-paragrafu 3. Fuq il-bażi tal-kalkolu mwettaq skont dan il-paragrafu u tal-fatturi tariffarji ddeterminati skont dan l-Artikolu, il-BĊE għandu jiddeċiedi dwar it-tariffa superviżorja annwali li għandha titħallas minn kull debitur tariffarju. It-tariffa superviżorja annwali li għandha titħallas għandha tiġi kkomunikata lid-debitur tariffarju permezz tal-avviż tariffarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|