+Artikolu 1 Definizzjonijiet
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 1 6.
---+Artikolu 1 7.
---+Artikolu 1 8.
---+Artikolu 1 9.
---+Artikolu 1 10.
---+Artikolu 1 11.
---+Artikolu 1 12.
|
Artikolu 1 Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
“korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni” u “IC” (subsettur 128 tal-ESA 2010) ifissru korporazzjoni finanzjarja jew kważi-korporazzjoni li hija involuta prinċipalment f'intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġbir komuni tar-riskji prinċipalment fil-forma ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni diretta. Dawn li ġejjin huma inklużi fid-definizzjoni:
|
(a)
|
korporazzjoni finanzjarja jew kważi-korporazzjoni li tipprovdi servizzi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, fejn id-detenturi tal-polza jħallsu pagamenti regolari jew ta' darba lil assiguratur li min-naħa tiegħu jiggarantixxi li jħallas lid-detenturi tal-polza somma miftiehma, jew pagament fis-sena, f'data speċifika jew minn qabel;
|
|
(b)
|
korporazzjoni finanzjarja jew kważi-korporazzjoni li tipprovdi servizzi ta' assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja biex tkopri riskji bħal ma humna, pereżempju, riskji ta' inċidenti, mard, nar jew inadempjenza tal-kreditu;
|
|
(c)
|
korporazzjoni finanzjarja jew kważi-korporazzjoni li tipprovdi servizzi ta' riassigurazzjoni, fejn l-assigurazzjoni tinxtara mill-assiguratur biex jipproteġi lilu nnifsu kontra numru għoli mhux mistenni ta' klejms jew ta' klejms eċċezzjonalment kbar.
|
Dawn li ġejjin ma humiex inklużi fid-definizzjoni:
|
(a)
|
fondi ta' investiment humna ddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/38) (6);
|
|
(b)
|
korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi transazzjonijiet ta' titolizzazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (7);
|
|
(c)
|
istituzzjonijiet finanzjarji monetarji huma ddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (8);
|
|
(d)
|
fondi tal-pensjoni kif iddefiniti fil-paragrafu 2.105 tal-ESA 2010.
|
|
|
Artikolu 1 2.
|
“fergħa” tfisser aġenzija jew fergħa mhux inkorporata, iżda mhux l-uffiċċju prinċipali, ta' korporazzjoni tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
|
|
Artikolu 1 3.
|
“sussidjarja” tfisser entità inkorporata fejn entità oħra jkollha maġġoranza jew parteċipazzjoni sħiħa.
|
|
Artikolu 1 4.
|
“aġenti tar-rapportar” għandha t-tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;
|
|
Artikolu 1 5.
|
“residenti” għandha l-istess tifsira kif iddefinita f'Artiklu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jekk entità legali jkun jonqosha dimensjoni fiżika, ir-residenza tagħha għandha tiġi ddeterminata mit-territorju ekonomiku li skont il-liġijiet tiegħu l-entità tkun ġiet inkorporata. Jekk l-entità mhijiex inkorporata, ir-residenza tagħha għandha tiġi ddeterminata mid-domiċilju legali tagħha, jiġifieri l-pajjiż li s-sistema legali tiegħu tirregola l-ħolqien u l-eżistenza kontinwata tal-entità;
|
|
Artikolu 1 6.
|
“BĊN relevanti” tfisser il-BĊN tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih hija residenti l-korporazzjoni tal-assigurazzjoni;
|
|
Artikolu 1 7.
|
“NCA relevanti” tfisser l-NCA tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih hija residenti l-korporazzjoni tal-assigurazzjoni;
|
|
Artikolu 1 8.
|
“dejta titolu b'titolu” tfisser dejta mqassma skont titoli individwali;
|
|
Artikolu 1 9.
|
“dejta partita b'partita” tfisser dejta mqassma skont assi jew obbligazzjonijiet individwali;
|
|
Artikolu 1 10.
|
“dejta aggregata” tfisser dejta li ma tkunx tqassmet f'assi jew obbligazzjonijiet individwali;
|
|
Artikolu 1 11.
|
“tranżazzjonijiet finanzjarji” tfisser tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-ħolqien, il-likwidazzjoni jew it-tibdil fis-sjieda ta' assi jew obbligazzjonijiet finanzjarji, kif deskritt aktar f'Parti 4 tal-Anness II;
|
|
Artikolu 1 12.
|
“rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju” tirreferi għal bidliet fil-valutazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw jew minn bidiliet fil-prezz ta' assi jew ta' obbligazzjonijit u/jew mill-effett tar-rati tal-kambju fuq il-valuri mfissra f'euro ta' assi u obbligazzjonijiet iddenominati f'valuta barranija, kif deskritti aktar f'Parti 5 tal-Anness II..
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.12.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1374
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|