+Artikolu 1 1.

Artikolu 1 1.

“korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni” u “IC” (subsettur 128 tal-ESA 2010) ifissru korporazzjoni finanzjarja jew kważi-korporazzjoni li hija involuta prinċipalment f'intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġbir komuni tar-riskji prinċipalment fil-forma ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni diretta.

Dawn li ġejjin huma inklużi fid-definizzjoni:

(a)

korporazzjoni finanzjarja jew kważi-korporazzjoni li tipprovdi servizzi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, fejn id-detenturi tal-polza jħallsu pagamenti regolari jew ta' darba lil assiguratur li min-naħa tiegħu jiggarantixxi li jħallas lid-detenturi tal-polza somma miftiehma, jew pagament fis-sena, f'data speċifika jew minn qabel;

(b)

korporazzjoni finanzjarja jew kważi-korporazzjoni li tipprovdi servizzi ta' assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja biex tkopri riskji bħal ma humna, pereżempju, riskji ta' inċidenti, mard, nar jew inadempjenza tal-kreditu;

(c)

korporazzjoni finanzjarja jew kważi-korporazzjoni li tipprovdi servizzi ta' riassigurazzjoni, fejn l-assigurazzjoni tinxtara mill-assiguratur biex jipproteġi lilu nnifsu kontra numru għoli mhux mistenni ta' klejms jew ta' klejms eċċezzjonalment kbar.

Dawn li ġejjin ma humiex inklużi fid-definizzjoni:

(a)

fondi ta' investiment humna ddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/38) (6);

(b)

korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi transazzjonijiet ta' titolizzazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (7);

(c)

istituzzjonijiet finanzjarji monetarji huma ddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (8);

(d)

fondi tal-pensjoni kif iddefiniti fil-paragrafu 2.105 tal-ESA 2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.12.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R1374
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.