3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji li ma jaħdmux aktar minn 500 siegħa ta' tħaddim fis-sena bħala medja mobbli fuq perjodu ta' ħames snin milli jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness II.
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu sa 1 000 siegħa ta' tħaddim fil-każijiet li ġejjin ta' emerġenza jew ċirkustanzi straordinarji:
|
—
|
għall-produzzjoni ta' enerġija ta' riżerva fi gżejjer konnessi, fil-każ ta' qtugħ fil-provvista prinċipali ta' enerġija lil gżira;
|
|
—
|
għall-impjanti tal-kombustjoni medji użati għall-produzzjoni tas-sħana f'każ ta' temp kiesaħ aktar min-normal.
|
Fil-każijiet kollha elenkati f'dan il-paragrafu għall-impjanti li jaħarqu karburanti solidi għandu japplika valur limitu tal-emissjonijiet għat-trab ta' 200 mg/Nm3.