+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 1a.
---+Artikolu 2 1b.
---+Artikolu 2 1c.
---+Artikolu 2 2.

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.
Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti ta’ tunnellaġġ gross ta’ 5 000 jew aktar fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom għat-trasport għal finijiet kummerċjali ta’ merkanzija jew passiġġieri mill-aħħar port ta’ waqfa ta’ tali bastimenti sa port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port ta’ waqfa li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll f’portijiet ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.
Artikolu 2 1a.
Mill-1 ta’ Jannar 2025, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-bastimenti tal-merkanzija ġenerali ta’ tunnellaġġ gross inqas minn 5 000 iżda mhux inqas minn 400 fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom għat-trasport ta’ merkanzija għal finijiet kummerċjali mill-aħħar port ta’ waqfa tagħhom sa port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, u minn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll f’portijiet ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, u għal bastimenti offshore ta’ tunnellaġġ gross inqas minn 5 000 iżda mhux inqas minn 400 fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom mill-aħħar port ta’ waqfa tagħhom sa port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll f’portijiet ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.
Artikolu 2 1b.
Mill-1 ta’ Jannar 2025, dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti offshore ta’ tunnellaġġ gross ta’ 5 000 jew aktar fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom mill-aħħar port ta’ waqfa tagħhom sal- port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll f’portijiet ta’ waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.
Artikolu 2 1c.

Il-gassijiet serra koperti minn dan ir-Regolament huma:

(a) 

id-diossidu tal-karbonju (CO2);

(b) 

fir-rigward tal-emissjonijiet rilaxxati mill-2024 ’il quddiem, il-metan (CH4); u

(c) 

fir-rigward tal-emissjonijiet rilaxxati mill-2024 ’il quddiem, l-ossidu nitruż (N2O).

Meta dan ir-Regolament jirreferi għall-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra jew gassijiet serra aggregati totali emessi, għandu jinftiehem li jirreferi għall-ammonti aggregati totali ta’ kull gass separatament.

Artikolu 2 2.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal bastimenti tal-gwerra, bastimenti awżiljarji navali, bastimenti tal-qbid ta' ħut jew bastimenti tal-ipproċessar tal-ħut, bastimenti tal-injam b'binja primittiva, bastimenti li ma jitħaddmux b'mezzi mekkaniċi, jew bastimenti tal-gvern użati għal skopijiet mhux kummerċjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.