+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 1a.
------+Artikolu 2 1b.
------+Artikolu 2 1c.
------+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra rilevanti minn bastimenti li jaslu jew ikunu f’portijiet, jew jitilqu minn portijiet, taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu b’mod kosteffiċjenti.

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M2

(a) 

“emissjonijiet ta’ gassijiet serra” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra koperti b’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(1c), l-ewwel subparagrafu, minn bastimenti;

(b) 

port ta’ waqfa tfisser port ta’ waqfa kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (z), tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(c) 

“vjaġġ” tfisser kwalunkwe moviment ta’ bastiment li joriġina minn port ta’ waqfa jew li jintemm fih;

(d) 

“kumpanija” tfisser il-kumpanija tat-tbaħħir kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (w), tad-Direttiva 2003/87/KE;

▼B

(e) 

“tunnellaġġ gross” (TG) tfisser it-tunnellaġġ gross ikkalkolat skont ir-regolamenti tal-kejl tat-tunnellaġġ li jinsab fl-Anness I mal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Kejl tat-Tunnellaġġ Metriku tal-Bastimenti, adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) f'Londra fit-23 ta' Ġunju 1969, jew kwalunkwe konvenzjoni suċċessura tagħha;

(f) 

“verifikatur” tfisser entità ġuridika li tagħmel attivitajiet ta' verifika li tkun akkreditata minn korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u dan ir-Regolament;

(g) 

“verifika” tfisser l-attivitajiet li jsiru minn verifikatur sabiex jivvaluta l-konformità tad-dokumenti mibgħuta mill-kumpannija mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(h) 

“dokument ta' konformità” tfisser dokument speċifiku għal bastiment, maħruġ għal kumpannija minn verifikatur, li jikkonferma li dak il-bastiment sar konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal perijodu speċifiku ta' rappurtar;

(i) 

“informazzjoni oħra rilevanti” tfisser informazzjoni relatata ma' emissjonijiet ta' ►M2  gass serra ◄ mill-konsum ta' fjuwils, ma' xogħol ta' trasport u mal-effiċjenza enerġetika ta' bastimenti, li tiffaċilita l-analiżi tax-xejriet fl-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet ta' bastimenti;

(j) 

“fattur ta' emissjoni” tfisser ir-rata medja ta' emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra relattivament għad-data dwar l-attivitajiet ta' fluss minn sors, bil-preżunzjoni ta' ossidazzjoni kompleta għall-kombustjoni u ta' konverżjoni kompleta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħrajn kollha;

(k) 

“inċertezza” tfisser parametru, assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta' kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jkunu jistgħu raġonevolment jiġu attribwiti lill-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta' fatturi sistematiċi kif ukoll ta' fatturi aleatorji, espress bħala perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta' kunfidenza madwar il-valur medju li jinkludi 95 % tal-valuri dedotti b'kont meħud ta' kwalunkwe assimetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri;

(l) 

“konservattiv” tfisser li sett ta' suppożizzjonijiet jkun ġie definit sabiex jiġi żgurat li ma ssir l-ebda sottovalutazzjoni ta' emissjonijiet annwali jew sovravalutazzjoni ta' distanzi jew ta' ammonti ta' merkanzija li nġarru;

▼M2

(m) 

“perjodu ta’ rappurtar” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kwalunkwe sena partikolari; għall-vjaġġi li jibdew u jispiċċaw f’żewġ snin differenti, id-data rispettiva għandha titqies skont is-sena kkonċernata;

▼B

(n) 

“bastiment fl-irmiġġ” tfisser bastiment li jkun sorġut jew ankrat b'mod sikur f'port li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru waqt li jkun qed jgħabbi, iħott jew jakkomoda persuni, inkluż il-ħin li fih ma jkunx involut fl-operazzjonijiet ta' merkanzija;

(o) 

“klassi tas-silġ” tfisser in-notazzjoni mogħtija lill-bastiment mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat tal-bandiera, jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta minn dak l-Istat, li turi li l-bastiment ġie mfassal għan-navigazzjoni f'kondizzjonijiet ta' silġ fuq il-baħar;

▼M2

(p) 

“awtorità amministrattiva responsabbli” tfisser l-awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir imsemmija fl-Artikolu 3gf tad-Direttiva 2003/87/KE;

(q) 

“data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji” tfisser is-somma tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE b’rabta mal-attivitajiet tat-trasport marittimu f’konformità mal-Anness I għal dik id-Direttiva u li għandhom jiġu rrappurtati minn kumpanija skont dik id-Direttiva, fir-rigward tal-bastimenti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħha matul il-perjodu ta’ rappurtar.

▼B

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.