|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“emissjonijiet ta’ gassijiet serra” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra koperti b’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(1c), l-ewwel subparagrafu, minn bastimenti;
(b)
port ta’ waqfa tfisser port ta’ waqfa kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (z), tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(c)
“vjaġġ” tfisser kwalunkwe moviment ta’ bastiment li joriġina minn port ta’ waqfa jew li jintemm fih;
(d)
“kumpanija” tfisser il-kumpanija tat-tbaħħir kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (w), tad-Direttiva 2003/87/KE;
(e)
“tunnellaġġ gross” (TG) tfisser it-tunnellaġġ gross ikkalkolat skont ir-regolamenti tal-kejl tat-tunnellaġġ li jinsab fl-Anness I mal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Kejl tat-Tunnellaġġ Metriku tal-Bastimenti, adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) f'Londra fit-23 ta' Ġunju 1969, jew kwalunkwe konvenzjoni suċċessura tagħha;
(f)
“verifikatur” tfisser entità ġuridika li tagħmel attivitajiet ta' verifika li tkun akkreditata minn korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u dan ir-Regolament;
(g)
“verifika” tfisser l-attivitajiet li jsiru minn verifikatur sabiex jivvaluta l-konformità tad-dokumenti mibgħuta mill-kumpannija mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;
(h)
“dokument ta' konformità” tfisser dokument speċifiku għal bastiment, maħruġ għal kumpannija minn verifikatur, li jikkonferma li dak il-bastiment sar konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal perijodu speċifiku ta' rappurtar;
(i)
“informazzjoni oħra rilevanti” tfisser informazzjoni relatata ma' emissjonijiet ta' ►M2 gass serra ◄ mill-konsum ta' fjuwils, ma' xogħol ta' trasport u mal-effiċjenza enerġetika ta' bastimenti, li tiffaċilita l-analiżi tax-xejriet fl-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet ta' bastimenti;
(j)
“fattur ta' emissjoni” tfisser ir-rata medja ta' emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra relattivament għad-data dwar l-attivitajiet ta' fluss minn sors, bil-preżunzjoni ta' ossidazzjoni kompleta għall-kombustjoni u ta' konverżjoni kompleta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħrajn kollha;
(k)
“inċertezza” tfisser parametru, assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta' kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jkunu jistgħu raġonevolment jiġu attribwiti lill-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta' fatturi sistematiċi kif ukoll ta' fatturi aleatorji, espress bħala perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta' kunfidenza madwar il-valur medju li jinkludi 95 % tal-valuri dedotti b'kont meħud ta' kwalunkwe assimetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri;
(l)
“konservattiv” tfisser li sett ta' suppożizzjonijiet jkun ġie definit sabiex jiġi żgurat li ma ssir l-ebda sottovalutazzjoni ta' emissjonijiet annwali jew sovravalutazzjoni ta' distanzi jew ta' ammonti ta' merkanzija li nġarru;
(m)
“perjodu ta’ rappurtar” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kwalunkwe sena partikolari; għall-vjaġġi li jibdew u jispiċċaw f’żewġ snin differenti, id-data rispettiva għandha titqies skont is-sena kkonċernata;
(n)
“bastiment fl-irmiġġ” tfisser bastiment li jkun sorġut jew ankrat b'mod sikur f'port li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru waqt li jkun qed jgħabbi, iħott jew jakkomoda persuni, inkluż il-ħin li fih ma jkunx involut fl-operazzjonijiet ta' merkanzija;
(o)
“klassi tas-silġ” tfisser in-notazzjoni mogħtija lill-bastiment mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat tal-bandiera, jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta minn dak l-Istat, li turi li l-bastiment ġie mfassal għan-navigazzjoni f'kondizzjonijiet ta' silġ fuq il-baħar;
(p)
“awtorità amministrattiva responsabbli” tfisser l-awtorità amministrattiva fir-rigward ta’ kumpanija tat-tbaħħir imsemmija fl-Artikolu 3gf tad-Direttiva 2003/87/KE;
(q)
“data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji” tfisser is-somma tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE b’rabta mal-attivitajiet tat-trasport marittimu f’konformità mal-Anness I għal dik id-Direttiva u li għandhom jiġu rrappurtati minn kumpanija skont dik id-Direttiva, fir-rigward tal-bastimenti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħha matul il-perjodu ta’ rappurtar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|