+Artikolu 4 Prinċipji komuni għall-monitoraġġ u r-rappurtar
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 4 8.

Artikolu 4 Prinċipji komuni għall-monitoraġġ u r-rappurtar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
F'konformità mal-Artikoli 8 sa 12, il-kumpanniji għandhom, għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom, jimmonitorjaw u jirrapportaw il-parametri rilevanti matul perijodu ta' rappurtar. Huma għandhom jimmonitorjaw u jirrapportaw fil-portijiet kollha li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru u għal kull vjaġġ lejn jew minn port taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.
Artikolu 4 2.
Il-monitoraġġ u r-rappurtar għandhom ikunu kompluti u għandhom ikopru l-emissjonijiet ►M2  gass serra ◄ mill-kombustjoni tal-fjuwils, waqt li l-bastimenti jkunu jbaħħru kif ukoll meta jkunu fl-irmiġġ. Il-kumpanniji għandhom japplikaw miżuri xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-data fil-perijodu ta' rappurtar.
Artikolu 4 3.
Il-monitoraġġ u r-rappurtar għandhom ikunu konsistenti u komparabbli tul iż-żmien. Għal dak il-għan, il-kumpanniji għandhom jużaw l-istess metodoloġiji ta' monitoraġġ u l-istess settijiet ta' data soġġetti għal modifiki evalwati mill-verifikatur.
Artikolu 4 4.
Il-kumpanniji għandhom jiksbu, jirreġistraw, jikkompilaw, janalizzaw u jiddokumentaw data ta' monitoraġġ, inklużi suppożizzjonijiet, referenzi, data dwar fatturi ta' emissjoni u attivitajiet ta' emissjoni, b'mod trasparenti li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni ta' emissjonijiet ta' ►M2  gass serra ◄ mill-verifikatur.
Artikolu 4 5.
Il-kumpanniji għandhom jiżguraw li d-determinazzjoni ta' emissjonijiet ta' ►M2  gass serra ◄ ma tkun la sistematikament u lanqas konsapevolment impreċiża. Huma għandhom jidentifikaw u jnaqqsu kwalunkwe sors ta' impreċiżjoni.
Artikolu 4 6.
Il-kumpanniji għandhom jiffaċilitaw garanzija raġonevoli tal-integrità tad-data dwar l-emissjonijiet ta' ►M2  gass serra ◄ li jkollha tiġi mmonitorjata u rrappurtata.
Artikolu 4 7.
Il-kumpanniji għandhom jagħmlu ħilithom biex jieħdu kont tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti ta' verifika maħruġin taħt l-Artikolu 13(3) jew (4) fil-monitoraġġ u r-rappurtar sussegwenti tagħhom.
Artikolu 4 8.
Il-kumpaniji għandhom jirrapportaw id-data aggregata dwar l-emissjonijiet fil-livell tal-kumpaniji tal-bastimenti taħt ir-responsabbiltà tagħhom matul perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 11a.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.