+Artikolu 5 Metodi għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet ta'►M2gass serra◄u informazzjoni rilevanti oħra
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.

Artikolu 5 Metodi għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet ta'►M2gass serra◄u informazzjoni rilevanti oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1), (2) u (3), il-kumpanniji għandhom jiddeterminaw, għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom, l-emissjonijiet ta' ►M2  gass serra ◄ , skont kwalunkwe mill-metodi stabbiliti fl-Anness I, u jimmonitorjaw informazzjoni oħra rilevanti skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness II jew adottati b'mod konformi miegħu.
Artikolu 5 2.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament biex temenda l-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament, sabiex tqis l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O, kif ukoll l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn bastimenti offshore, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u l-emendi għad-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll biex tallinja dawk l-Annessi mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 14(1) ta’ dik id-Direttiva, bir-regoli internazzjonali rilevanti, u bl-istandards internazzjonali u Ewropej. Il-Kummissjoni għandha wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament biex temenda l-Annessi I u II għal dan ir-Regolament sabiex tirfina l-elementi tal-metodi ta’ monitoraġġ stabbiliti fihom, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi, u sabiex tiżgura t-tħaddim effettiv tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) stabbilita skont id-Direttiva 2003/87/KE.

Sal-1 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati sabiex tqis l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O, kif ukoll l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn bastimenti offshore, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O għandhom ikunu bbażati fuq l-istess prinċipji bħall-metodi għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 kif stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ biex jirrifletti n-natura tal-gassijiet serra rilevanti. Il-metodi stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament u r-regoli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandhom, fejn xieraq, jiġu allinjati mal-metodi u r-regoli stabbiliti f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.