+Artikolu 6 Kontenut u sottomissjoni tal-pjan ta' monitoraġġ
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 8.
|
Artikolu 6 Kontenut u sottomissjoni tal-pjan ta' monitoraġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Sal-31 ta' Awwissu 2017, il-kumpanniji għandhom jissottomettu lill-verifikaturi pjan ta' monitoraġġ, għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom, li jindika l-metodu magħżul sabiex jimmonitorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet ta'
►M2
gass serra ◄ u informazzjoni oħra rilevanti.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Minkejja l-paragrafu 1, għal bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ewwel darba wara l-31 ta' Awwissu 2017, il-kumpannija għandha tissottometti pjan ta' monitoraġġ lill-verifikatur mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ewwel waqfa ta' kull bastiment f'port li jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni kompluta u trasparenti dwar il-metodu ta' monitoraġġ għall-bastiment ikkonċernat u għandu jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
(a)
l-identifikazzjoni u t-tip tal-bastiment inkluż ismu, in-numru tiegħu ta' identifikazzjoni tal-IMO, il-port tiegħu ta' reġistrazzjoni jew port ta' domiċilju, u l-isem ta' sid il-bastiment;
▼M2
(b)
l-isem tal-kumpanija u l-indirizz, id-dettalji tat-telefon u tal-posta elettronika ta’ persuna ta’ kuntatt u n-numru uniku ta’ identifikazzjoni tal-IMO tal-kumpanija u tas-sid irreġistrat;
▼B
(c)
deskrizzjoni tas-sorsi ta' emissjonijiet ta'
►M2
gass serra ◄ li ġejjin abbord il-bastiment: magni prinċipali, magni awżiljari, turbini tal-gass bojlers u ġeneraturi tal-gass inert, u t-tipi ta' fjuwils użati;
(d)
deskrizzjoni tal-proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati għall-aġġornament tal-lista tas-sorsi ta' emissjonijiet ta'
►M2
gass serra ◄ matul il-perijodu ta' rappurtar;
(e)
deskrizzjoni tal-proċeduri użati għall-monitoraġġ tal-kompletezza tal-lista tal-vjaġġi;
(f)
deskrizzjoni tal-proċeduri ta' monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil tal-bastiment, inklużi:
(i)
il-metodu magħżul minn fost dawk imsemmija fl-Anness I għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwils ta' kull sors ta' emissjonijiet ta'
►M2
gass serra ◄ , inkluża, fejn applikabbli, deskrizzjoni tat-tagħmir tal-kejl użat,
(ii)
proċeduri għall-kejl tal-ammonti tal-karburant ippompjat u tal-karburant fit-tankijiet, deskrizzjoni tat-tagħmir tal-kejl użat u l-proċeduri sabiex tiġi ddokumentata, irkuprata, trasmessa u maħżuna informazzjoni dwar kejl, kif applikabbli,
(iii)
il-metodu magħżul għad-determinazzjoni tad-densità, fejn applikabbli,
(iv)
proċedura sabiex jiġi żgurat li l-inċertezza totali tal-kejl tal-karburant tkun konsistenti mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, fejn possibbli b'referenza għal-liġijiet nazzjonali, għal-klawżoli fil-kuntratti tal-konsumatur jew għall-istandards ta' preċiżjoni tal-fornituri tal-fjuwil;
(g)
fatturi ta' emissjoni użati għal kull tip ta' fjuwil, jew fil-każ ta' fjuwils alternattivi, il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni, inklużi l-metodoloġija għat-teħid ta' kampjuni, il-metodi ta' analiżi u deskrizzjoni tal-laboratorji użati, bl-akkreditazzjoni ISO 17025 ta' dawk il-laboratorji, fejn rilevanti;
(h)
deskrizzjoni tal-proċeduri użati għad-determinazzjoni tad-data tal-attività għal kull vjaġġ, inkluż:
(i)
il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet u s-sorsi tad-data għad-determinazzjoni u d-dokumentazzjoni tad-distanza,
(ii)
il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-data biex jiġu determinati u rreġistrati l-merkanzija li nġarret u l-għadd ta' passiġġieri, kif applikabbli,
(iii)
il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-data biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-ħin ta' tbaħħir bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla;
(i)
deskrizzjoni tal-metodu li għandu jintuża għad-determinazzjoni tad-data ta' sostituzzjoni biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet fid-data;
(j)
folja ta' reġistrazzjoni ta' reviżjoni biex tirreġistra d-dettalji kollha tal-istorja ta' reviżjoni.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Il-pjan ta' monitoraġġ jista' wkoll ikun fih informazzjoni dwar il-klassi tas-silġ tal-bastiment u/jew il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-data għad-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni tad-distanza mbaħħra u ż-żmien ta' tbaħħir waqt li kien qed jinnaviga minn ġos-silġ.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Il-kumpaniji għandhom jużaw pjanijiet ta’ monitoraġġ standardizzati bbażati fuq mudelli, u għandhom jippreżentaw dawk il-pjanijiet bl-użu ta’ sistemi awtomatizzati u formats ta’ skambju tad-data. Dawk il-mudelli, inkluż ir-regoli tekniċi għall-applikazzjoni uniformi tagħhom, u r-regoli tekniċi għat-trasferiment awtomatiku tagħhom, għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).
|
|
Artikolu 6 6.
|
Sal-1 ta’ April 2024, il-kumpaniji għandhom, għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom li jaqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jippreżentaw lill-awtorità amministrattiva responsabbli pjan ta’ monitoraġġ li ġie vvalutat bħala konformi ma’ dan ir-Regolament mill-verifikatur u li jirrifletti l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 6 7.
|
Minkejja l-paragrafu 6, għall-bastimenti li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Jannar 2024, il-kumpaniji għandhom jippreżentaw pjan ta’ monitoraġġ f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament lill-awtorità amministrattiva responsabbli mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-ewwel waqfa ta’ kull bastiment f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.
|
|
Artikolu 6 8.
|
Sas-6 ta’ Ġunju 2025, l-awtoritajiet amministrattivi responsabbli għandhom japprovaw il-pjanijiet ta’ monitoraġġ ippreżentati mill-kumpaniji f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Għall-bastimenti li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Jannar 2024, l-awtorità amministrattiva responsabbli għandha tapprova l-pjan ta’ monitoraġġ ippreżentat fi żmien erba’ xhur mill-ewwel waqfa tal-bastiment f’port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Sal-1 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex temenda l-Artikoli 6 sa 10 fir-rigward tar-regoli li jinsabu f’dawk l-Artikoli għall-pjanijiet ta’ monitoraġġ, biex tqis l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ CH4 u N2O, kif ukoll l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn bastimenti offshore, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tar-regoli għall-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ mill-awtoritajiet amministrattivi responsabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|