+Artikolu 6 3.

Artikolu 6 3.

Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni kompluta u trasparenti dwar il-metodu ta' monitoraġġ għall-bastiment ikkonċernat u għandu jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

l-identifikazzjoni u t-tip tal-bastiment inkluż ismu, in-numru tiegħu ta' identifikazzjoni tal-IMO, il-port tiegħu ta' reġistrazzjoni jew port ta' domiċilju, u l-isem ta' sid il-bastiment;

▼M2

(b) 

l-isem tal-kumpanija u l-indirizz, id-dettalji tat-telefon u tal-posta elettronika ta’ persuna ta’ kuntatt u n-numru uniku ta’ identifikazzjoni tal-IMO tal-kumpanija u tas-sid irreġistrat;

▼B

(c) 

deskrizzjoni tas-sorsi ta' emissjonijiet ta' ►M2  gass serra ◄ li ġejjin abbord il-bastiment: magni prinċipali, magni awżiljari, turbini tal-gass bojlers u ġeneraturi tal-gass inert, u t-tipi ta' fjuwils użati;

(d) 

deskrizzjoni tal-proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati għall-aġġornament tal-lista tas-sorsi ta' emissjonijiet ta'  ►M2  gass serra ◄ matul il-perijodu ta' rappurtar;

(e) 

deskrizzjoni tal-proċeduri użati għall-monitoraġġ tal-kompletezza tal-lista tal-vjaġġi;

(f) 

deskrizzjoni tal-proċeduri ta' monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil tal-bastiment, inklużi:

(i) 

il-metodu magħżul minn fost dawk imsemmija fl-Anness I għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwils ta' kull sors ta' emissjonijiet ta' ►M2  gass serra ◄ , inkluża, fejn applikabbli, deskrizzjoni tat-tagħmir tal-kejl użat,

(ii) 

proċeduri għall-kejl tal-ammonti tal-karburant ippompjat u tal-karburant fit-tankijiet, deskrizzjoni tat-tagħmir tal-kejl użat u l-proċeduri sabiex tiġi ddokumentata, irkuprata, trasmessa u maħżuna informazzjoni dwar kejl, kif applikabbli,

(iii) 

il-metodu magħżul għad-determinazzjoni tad-densità, fejn applikabbli,

(iv) 

proċedura sabiex jiġi żgurat li l-inċertezza totali tal-kejl tal-karburant tkun konsistenti mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, fejn possibbli b'referenza għal-liġijiet nazzjonali, għal-klawżoli fil-kuntratti tal-konsumatur jew għall-istandards ta' preċiżjoni tal-fornituri tal-fjuwil;

(g) 

fatturi ta' emissjoni użati għal kull tip ta' fjuwil, jew fil-każ ta' fjuwils alternattivi, il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni, inklużi l-metodoloġija għat-teħid ta' kampjuni, il-metodi ta' analiżi u deskrizzjoni tal-laboratorji użati, bl-akkreditazzjoni ISO 17025 ta' dawk il-laboratorji, fejn rilevanti;

(h) 

deskrizzjoni tal-proċeduri użati għad-determinazzjoni tad-data tal-attività għal kull vjaġġ, inkluż:

(i) 

il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet u s-sorsi tad-data għad-determinazzjoni u d-dokumentazzjoni tad-distanza,

(ii) 

il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-data biex jiġu determinati u rreġistrati l-merkanzija li nġarret u l-għadd ta' passiġġieri, kif applikabbli,

(iii) 

il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-data biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-ħin ta' tbaħħir bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla;

(i) 

deskrizzjoni tal-metodu li għandu jintuża għad-determinazzjoni tad-data ta' sostituzzjoni biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet fid-data;

(j) 

folja ta' reġistrazzjoni ta' reviżjoni biex tirreġistra d-dettalji kollha tal-istorja ta' reviżjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.