+Artikolu 7 Modifiki fil-pjan ta' monitoraġġ
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
|
Artikolu 7 Modifiki fil-pjan ta' monitoraġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Il-kumpanniji għandhom jikkontrollaw regolarment, u tal-anqas kull sena, jekk il-pjan ta' monitoraġġ jirriflettix in-natura u l-funzjonament tal-bastiment u jekk il-metodoloġija ta' monitoraġġ tistax tittejjeb.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Il-kumpanniji għandhom jimmodifikaw il-pjan ta' monitoraġġ fi kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
fejn isseħħ bidla fil-kumpannija;
(b)
fejn iseħħu emissjonijiet ġodda ta'
►M2
gass serra ◄ minħabba sorsi ġodda ta' emissjonijiet jew minħabba l-użu ta' fjuwils ġodda li jkunu għadhom mhux inklużi fil-pjan ta' monitoraġġ;
(c)
fejn isseħħ bidla fid-disponibbiltà tad-data, minħabba l-użu ta' tipi ġodda ta' tagħmir tal-kejl, ta' metodi ġodda għat-teħid ta' kampjuni jew ta' metodi ġodda ta' analiżi, jew għal raġunijiet oħra, li tista' taffettwa l-eżattezza tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta'
►M2
gass serra ◄ ;
(d)
fejn id-data li tirriżulta mill-metodu ta' monitoraġġ applikat tinstab li mhijiex korretta;
(e)
fejn kwalunkwe parti mill-pjan ta' monitoraġġ hija identifikata bħala mhux konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u jkun meħtieġ li l-kumpannija tirrivediha skont l-Artikolu 13(1).
|
|
Artikolu 7 3.
|
Il-kumpanniji għandhom jinnotifikaw lill-verifikaturi mingħajr dewmien eċċessiv bi kwalunkwe proposta għal modifika fil-pjan ta' monitoraġġ.
|
|
Artikolu 7 4.
|
Il-modifiki għall-pjan ta’ monitoraġġ taħt il-paragrafu 2, il-punti (b), (c) u (d), ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni mill-verifikatur skont l-Artikolu 13(1). Wara l-valutazzjoni, il-verifikatur għandu jinnotifika lill-kumpanija dwar jekk dawk il-modifiki humiex konformi. Il-kumpanija għandha tippreżenta l-pjan ta’ monitoraġġ modifikat tagħha lill-awtorità amministrattiva responsabbli ladarba tkun irċeviet notifika mingħand il-verifikatur li l-pjan ta’ monitoraġġ huwa konformi.
|
|
Artikolu 7 5.
|
L-awtorità amministrattiva responsabbli għandha tapprova l-modifiki tal-pjan ta’ monitoraġġ skont il-paragrafu 2, il-punti (a) sa (d), f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tar-regoli għall-approvazzjoni ta’ bidliet fil-pjanijiet ta’ monitoraġġ mill-awtoritajiet amministrattivi responsabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|