+Artikolu 17 Dokument ta' konformità
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
|
Artikolu 17 Dokument ta' konformità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Fejn ir-rapport dwar l-emissjonijiet jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 11 sa 15 u dawk fl-Annessi I u II, il-verifikatur għandu joħroġ, fuq il-bażi tar-rapport ta' verifika, dokument ta' konformità għall-bastiment ikkonċernat.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Id-dokument ta' konformità għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru ta' identifikazzjoni tal-IMO u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta' domiċilju);
(b)
l-isem, l-indirizz u l-post ewlieni tan-negozju ta' sid il-bastiment;
(c)
l-identità tal-verifikatur;
(d)
id-data tal-ħruġ tad-dokument ta' konformità, il-perijodu ta' validità tiegħu u l-perijodu ta' rappurtar li għalih jirriferi.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Id-dokumenti ta' konformità għandhom ikunu validi għall-perijodu ta' 18-il xahar wara t-tmiem tal-perijodu ta' rappurtar.
|
|
Artikolu 17 4.
|
Il-verifikatur għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera, mingħajr dewmien, dwar il-ħruġ ta' kwalunkwe dokument ta' konformità. Il-verifikatur għandu jibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 billi juża sistemi awtomatizzati u formats tal-iskambju tad-data kompleti, inklużi mudelli elettroniċi.
|
|
Artikolu 17 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-regoli tekniċi għall-formats tal-iskambju tad-data, inklużi l-mudelli elettroniċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|