+Artikolu 20 Penali, skambju ta' informazzjoni u ordni ta' tkeċċija
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
|
Artikolu 20 Penali, skambju ta' informazzjoni u ordni ta' tkeċċija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' penali għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi ta' monitoraġġ u ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 12 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu imposti dawk il-penali. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2017, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti.
|
|
Artikolu 20 2.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skambju effettiv ta' informazzjoni u kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom li jkunu responsabbli milli jiżguraw il-konformità mal-obbligi ta' monitoraġġ u ta' rappurtar jew, fejn applikabbli, bejn l-awtoritajtiet tagħhom inkarigati bil-proċeduri penali. Il-proċeduri penali nazzjonali kontra bastiment speċifiku minn kwalunkwe Stat Membru għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), lill-Istati Membri l-oħra u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Fil-każ ta’ bastiment li jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi ta’ monitoraġġ u rappurtar għal żewġ perjodi ta’ rappurtar konsekuttivi jew aktar, u meta miżuri ta’ infurzar oħra jkunu naqqsu milli jiżguraw il-konformità, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port ta’ dħul tista’, wara li tagħti l-opportunità lill-kumpanija kkonċernata biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, toħroġ ordni ta’ tkeċċija, li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), lill-Istati Membri l-oħra u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat. B’riżultat tal-ħruġ ta’ tali ordni ta’ tkeċċija, kull Stat Membru, bl-eċċezzjoni tal-Istat Membru li tiegħu l-bastiment itajjar il-bandiera, għandu jirrifjuta d-dħul tal-bastiment ikkonċernat fi kwalunkwe wieħed mill-portijiet tiegħu sakemm il-kumpanija tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar skont l-Artikoli 11 u 18. Meta tali bastiment itajjar il-bandiera ta’ Stat Membru u jidħol jew jinstab f’wieħed mill-portijiet tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, wara li jagħti l-opportunità lill-kumpanija kkonċernata biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, iżomm lill-bastiment sakemm il-kumpanija tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar. Meta bastiment kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jinstab li kien f’wieħed mill-portijiet tal-Istat Membru li l-bastiment ikun qed itajjar il-bandiera tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat, wara li jagħti l-opportunità lill-kumpanija kkonċernata biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, jista’ joħroġ ordni ta’ detenzjoni tal-Istat tal-bandiera sakemm il-kumpanija tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar. Dan għandu jinforma lill-Kummissjoni, lill-EMSA u lill-Istati Membri l-oħra b’dan. It-twettiq ta’ dawk l-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar għandu jiġi kkonfermat bin-notifika ta’ dokument ta’ konformità validu lill-awtorità nazzjonali kompetenti li tkun ħarġet l-ordni ta’ tkeċċija. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli marittimi internazzjonali applikabbli fil-każ ta’ bastimenti f’diffikultà.
|
|
Artikolu 20 4.
|
Is-sid jew l-operatur ta' bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu fl-Istati Membri għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra ordni ta' tkeċċija u għandu jkun infurmat tajjeb dwar dan minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port ta' dħul. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri adegwati għal dawn il-finijiet.
|
|
Artikolu 20 5.
|
Kull Stat Membru li ma jkollu l-ebda port marittimu fit-territorju tiegħu u li jkun għalaq ir-reġistru nazzjonali tal-bastimenti tiegħu jew ma jkollu l-ebda bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu li jaqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, u dment li l-ebda mit-tali bastimenti ma jtajru l-bandiera tiegħu, jista' jidderoga mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Kull Stat Membru li jkollu l-intenzjoni li jibbenefika minn dik id-deroga għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2015. Kwalunkwe bidla sussegwenti għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni. Il-possibbiltà ta’ deroga skont l-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal Stat Membru li l-awtorità tiegħu hija l-awtorità amministrattiva responsabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|