+Artikolu 20 3.

Artikolu 20 3.

Fil-każ ta’ bastiment li jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi ta’ monitoraġġ u rappurtar għal żewġ perjodi ta’ rappurtar konsekuttivi jew aktar, u meta miżuri ta’ infurzar oħra jkunu naqqsu milli jiżguraw il-konformità, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port ta’ dħul tista’, wara li tagħti l-opportunità lill-kumpanija kkonċernata biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, toħroġ ordni ta’ tkeċċija, li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), lill-Istati Membri l-oħra u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat. B’riżultat tal-ħruġ ta’ tali ordni ta’ tkeċċija, kull Stat Membru, bl-eċċezzjoni tal-Istat Membru li tiegħu l-bastiment itajjar il-bandiera, għandu jirrifjuta d-dħul tal-bastiment ikkonċernat fi kwalunkwe wieħed mill-portijiet tiegħu sakemm il-kumpanija tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar skont l-Artikoli 11 u 18. Meta tali bastiment itajjar il-bandiera ta’ Stat Membru u jidħol jew jinstab f’wieħed mill-portijiet tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, wara li jagħti l-opportunità lill-kumpanija kkonċernata biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, iżomm lill-bastiment sakemm il-kumpanija tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar.

Meta bastiment kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu jinstab li kien f’wieħed mill-portijiet tal-Istat Membru li l-bastiment ikun qed itajjar il-bandiera tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat, wara li jagħti l-opportunità lill-kumpanija kkonċernata biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, jista’ joħroġ ordni ta’ detenzjoni tal-Istat tal-bandiera sakemm il-kumpanija tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar. Dan għandu jinforma lill-Kummissjoni, lill-EMSA u lill-Istati Membri l-oħra b’dan.

It-twettiq ta’ dawk l-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar għandu jiġi kkonfermat bin-notifika ta’ dokument ta’ konformità validu lill-awtorità nazzjonali kompetenti li tkun ħarġet l-ordni ta’ tkeċċija. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli marittimi internazzjonali applikabbli fil-każ ta’ bastimenti f’diffikultà.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.