+Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq in-numru 112” tfisser sistema ta' emerġenza, li tinkludi tagħmir immuntat fil-vettura u l-mezzi li jiskattaw, jimmaniġġjaw u jwettqu t-trasmissjoni tal-eCall, li hija attivata b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali, u li ġġorr, permezz ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil, sett minimu ta' data u tistabbilixxi kanal tal-awdjo bbażat fuq in-numru 112 bejn l-okkupanti tal-vettura u l-PSAP tal-eCall;

(2) 

“eCall” tfisser sejħa ta' emerġenza minn ġol-vettura għan-numru 112, magħmula jew b'mod awtomatiku permezz tal-attivazzjoni ta' sensuri fil-vettura jew b'mod manwali, li għandha sett minimu ta' data u li tistabbilixxi kanal tal-awdjo bejn il-vettura u l-PSAP tal-eCall permezz ta' netwerks tal-komunikazzjoni pubbliċi u mobbli mingħajr fil;

(3) 

“ċentru li jwieġeb għas-sejħiet marbutin mas-sikurezza pubblika” (jew “PSAP”) tfisser post fiżiku fejn is-sejħiet ta' emerġenza jaslu l-ewwel taħt ir-responsabbiltà ta' awtorità pubblika jew organizzazzjoni privata rikonoxxuta mill-Istat Membru;

(4) 

“PSAP l-aktar adatt” tfisser PSAP determinat minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti biex ikopri sejħiet ta' emerġenza minn żona partikolari jew għal sejħiet ta' emerġenza ta' tip partikolari;

(5) 

“PSAP tal-eCall” tfisser PSAP l-aktar adatt determinat minn qabel mill-awtoritajiet biex jirċievi u jittratta l-ewwel l-eCalls;

(6) 

“sett minimu ta' data” (jew “MSD”) tfisser l-informazzjoni ddefinita mis-“Sistemi ta' trasport intelliġenti — eSafety — Sett minimu ta' data (MSD) għall-eCall” standard (EN 15722:2011), li tintbagħat lill-PSAP tal-eCall;

(7) 

“tagħmir immuntat fil-vettura” tfisser tagħmir installat fil-vettura b'mod permanenti li jipprovdi jew li għandu aċċess għad-data meħtieġa biex issir it-transazzjoni tal-eCall permezz ta' netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili;

(8) 

“transazzjoni tal-eCall” tfisser l-istabbiliment ta' sessjoni tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil fin-netwerk pubbliku kollu tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil u t-trasmissjoni ta' MSD minn vettura lejn PSAP tal-eCall u l-istabbiliment ta' kanal tal-awdjo bejn il-vettura u l-istess PSAP tal-eCall;

(9) 

“netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil” tfisser netwerk tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fil disponibbli għall-pubbliku f'konformità mad-Direttivi 2002/21/KE ( 1 ) u 2002/22/KE ( 2 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(10) 

“eCall sostnuta minn servizzi terzi” (jew “eCall TPS”) tfisser sejħa ta' emerġenza minn ġol-vettura lil fornitur ta' servizz ta' parti terza, magħmula b'mod awtomatiku permezz tal-attivazzjoni ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali, li twassal, permezz ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili, l-MSD u tistabbilixxi kanal tal-awdjo bejn il-vettura u l-fornitur ta' servizzi terzi;

(11) 

“Fornitur ta' servizzi terzi (TPSP)” tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta mill-awtoritajiet nazzjonali li jkollha l-permess li tirċievi eCall TPS u tgħaddi l-MSD lill-PSAP tal-eCall;

(12) 

“Sistema eCall għal servizzi terzi mmuntata fil-vettura” tfisser sistema attivata jew b'mod awtomatiku permezz ta' sensuri mmuntati fil-vettura jew b'mod manwali, li twassal, permezz ta' netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr fili, l-MSD u tistabbilixxi kanal tal-awdjo bejn il-vettura u l-fornitur ta' servizzi terzi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0758
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.