+Artikolu 5 Sorveljanza u infurzar
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
|
Artikolu 5 Sorveljanza u infurzar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw mill-qrib u jiżguraw konformità mal-Artikoli 3 u 4, u għandhom jippromwovu d-disponibbiltà kontinwa ta’ aċċess nondiskriminatorju għall-Internet f’livelli ta’ kwalità li jirriflettu l-avvanzi fit-teknoloġija. Għal dawk il-finijiet l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu rekwiżiti dwar karatteristiċi tekniċi, rekwiżiti minimi għall-kwalità tas-servizz u miżuri oħrajn xierqa u meħtieġa fuq fornitur wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni elettronika lill-pubbliku, inklużi fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw rapporti kull sena dwar il-monitoraġġ u s-sejbiet tagħhom, u jipprovdu dawk ir-rapporti lill-Kummissjoni u lill-BEREC.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Fuq it-talba tal-awtorità regolatorja nazzjonali, il-fornituri ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku, inklużi l-fornituri ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet, għandhom jagħmlu disponibblilil dik l-awtorità regolatorja nazzjonali informazzjoni rilevanti għall-obbligi mniżżla fl-Artikoli 3 u 4, partikolarment informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kapaċità tan-netwerk u t-traffiku tagħhom, kif ukoll ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni tat-traffiku applikata. Dawk il-fornituri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba skont il-limiti ta’ żmien u l-livell ta’ dettall mitlub mill-awtorità regolatorja nazzjonali.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Sat-30 ta’ Awwissu 2016, sabiex jagħti kontribut għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament, il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) għandu, wara li jikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, joħroġ linji gwida għall-implimentazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-kompiti mogħtija mill-Istati Membri lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew lil awtoritajiet kompetenti oħrajn skont il-liġi tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2120
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|